Meta tkun single parent ikollok tħabbat wiċċek mat-trobbija ta’ wliedek mingħajr is-sapport tas-sieħeb jew is-sieħba tiegħek. Ġeneralment aħna ma nippjanawx li nrabbu lil uliedna waħedna, imma sfortunatament iċ-ċirkostanzi fil-ħajja tal-familja jinbidlu u jseħħ dak li qatt ma nkunu stennejna. Bħala single parent probabbilment sibt li qed ikollok tgħix b’inqas flus minn qabel minħabba l-ispejjeż ta’ kuljum u t-trobbija tat-tfal li trid tiffaċċja waħdek. Dan kollu jista’ jaffettwa l-benessri emozzjonali tiegħek. Għalhekk għandek tinforma ruħek sew biex tkun taf għalxiex int intitolat/a għalih bħala single parent.
Dan l-ebook huwa maħsub biex jgħinek tkun aktar indipendenti billi jagħtik tagħrif dwar fejn tista’ issib għajnuna.