COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 18
Is-swieq finanzjarji dinjija tal-ishma waqgħu ħafna u għalhekk huwa naturali li qed tippanikja. Inti forsi qed taħseb biex tbiegħhom u toħroġ issa biex issalva xi ħaġa mill-investimenti tiegħek, jew inkella tħalli l-investimenti tiegħek jinġarru mill-effetti tal-COVID-19 bil-possibbiltà li titlef kollox. It-tim ĠEMMA jissuġġerixxi li inti ssegwi dawn iż-żewġ passi matul dan il-perjodu. Aħseb darbtejn qabel ma…