SUPPLIMENT TAL-PAGI U ESTENSJONI TAL-VALIDITÀ TAL-VAWĊERS TAL-GVERN

Waqt laqgħa mal-membri tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li kemm is-suppliment tal-pagi, kif ukoll il-vawċers tal-Gvern, se jkomplu sal-aħħar ta’ Ottubru. Inizjalment dawn kienu validi sal-aħħar ta’ Settembru. Is-suppliment tal-pagi li daħal fis-seħħ f’Marzu li għadda, ta’ €800 jew inqas skont l-eliġibilità, huwa l-kontribuzzjoni tal-Gvern lil min iħaddem biex jgħinu fil-pagi tal-impjegati. Din…