Kampanja ta’ Għarfien dwar il-Kapaċità Finanzjarja għal Persuni Qiegħda
ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Sibt ruħek bla xogħol u għandek loan?”, dirett lejn persuni qiegħda. Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti…