RIŻORSA ĠDIDA: KALKULATUR TAL-KAPAĊITÀ TAL-AKKWIST BL-INFLAZZJONI

It-tim ĠEMMA tella’ kalkulatur ġdid –  “Il-Kalkulatur tal-Kapaċità tal-Akkwist bl-Inflazzjoni”. Il-prezzijiet għandhom mod kif jiżdiedu minn sena għal sena, għalhekk ħafna mill-prodotti u s-servizzi li nixtru għandhom it-tendenza li jiswew aktar is-sena d-dieħla milli jagħmlu issa. Din tissejjaħ inflazzjoni.  Wara ċerti snin, anke żidiet żgħar fil-prezzijiet annwali jżidu biex ħafna prodotti u servizzi jsiru aktar…