RIŻORSA ĠDIDA: TRACKER BIL-GĦAN LI TFADDAL

It-tim ĠEMMA tella’ għodda ġdida – it-Tracker bil-Għan li Tfaddal. L-ewwel trid tistabbilixxi l-għanijiet tat-tfaddil tiegħek. Għal xiex qed iġġemma’?  L-għanijiet tat-tfaddil tiegħek jistgħu jkunu għat-twettiq tal-manutenzjoni fid-dar tiegħek jew għax-xiri ta’ sodda ġdida għat-tifla tiegħek. Tista’ tkun qed iġġemma’ għal vaganza tal-familja. Tista’ tkun qed iġġemma’ għall-irtirar jew għal fond għal meta jinqala’ xi ħaġa…