L-App għall-Ippjanar tal-Baġit huwa għodda edukattiva tal-kapaċità finanzjarja li jippermetti lill-utenti sabiex ikunu jistgħu jelenkaw l-ispejjeż tagħhom, filwaqt li jqabbluhom mad-dħul tagħhom, bl-iskop li jintlaħqu l-miri finanzjarji. It-tranżazzjonijiet jistgħu jiġu issortjati fuq bażi ta’ kuljum, ta’ kull xahar jew ta’ kull ġimgħa, filwaqt li viżwalizzjonijiet intuwittivi jgħinu sabiex juru jekk l-istil ta’ ħajja, fejn jidħol infiq ta’ dak/dik li jkun/tkun, ikunx sostenibbli jew le. It-tranżazzjonijiet kollha jistgħu jiġu elenkati taħt kategoriji differenti, u l-utenti jingħataw l-għażla li jżidu l-kategoriji tagħhom stess.