Fl-aħħar ta’ April, il-Gvern ħabbar li s-suppliment tal-pagi se jiġi estiż għal Mejju u Ġunju 2020. Dawk li se japplikaw għas-suppliment tal-paga għall-COVID-19 f’Mejju se jitħallsu għal Mejju.
Dawk in-negozji li diġà applikaw għas-suppliment tal-paga għall-COVID-19 f’Marzu u f’April m’għandhomx għalfejn japplikaw mill-ġdid. Huma se jkomplu jibbenefikaw mis-suppliment tal-paga għall-COVID-19 sa ma jingħata avviż ieħor.
Is-suppliment tal-paga għall-COVID-19 jipprovdi lill-impjegati b’kopertura bażika tal-paga biex jindirizzaw it-tfixkil ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċessi amministrattivi, il-fondi se jintbagħtu lil min iħaddem li se jkun obbligat jiggarantixxi li s-suppliment tal-paga għall-COVID-19 jingħata lill-impjegat.
Biex tkun taf aktar, jekk jogħġbok ikklikkja fuq dan il-link: https://covid19.maltaenterprise.com/Employee-wage-Support?application-forms-added.
Is-suppliment tal-paga għall-COVID-19 jista’ jkopri biss is-sors ewlieni ta’ dħul ta’ persuna. Dawk li jirċievu pensjoni tal-irtirar jew tas-servizzi tal-Gvern, u l-istudenti li jirċievu stipendju, mhumiex eliġibbli.