Ir-rekords tal-istorja tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tista’ tiksibhom faċilment mill-uffiċċju distrettwali fil-qrib tiegħek. Ikklikkja hawn biex tikseb lista tal-uffiċċji distrettwali. Tista’ titlob ir-rekords tal-istorja tal-kronoloġija tal-impjiegi tiegħek mill-JOBs+  u tqabbel il-kontribuzzjonijiet tiegħek imħallsa kontra l-istorja tal-impjieg tiegħek.

Biex tiffaċilita l-affarijiet, f’każ li jkollok kontribuzzjonijiet nieqsa, tista’ tistaqsi lil min iħaddem għal FS3s u mbagħad tippreżenta kopja fl-eqreb uffiċċju distrettwali għall-aġġornamenti.  Dawn id-dokumenti jistgħu jiġu skennjati u mibgħuta fl-email ġeneriku tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fl-MFCS  Social.Security@gov.mt.