L-użu ta’ baġit biex tippjana l-infiq tiegħek u żżomm miegħu mhux biss jgħin biex tlaħħaq mal-ispejjeż, dan jippermettilek tilħaq għanijiet għal żmien qasir, medju u twil. Ħafna affarijiet li tixtieq takkwista fil-ħajja jeħtieġu l-flus, u li l-flus jridu jiġġemmgħu jekk trid tevita li jkollok ħafna dejn. Ippjana fil-baġit tiegħek l-flus li tixtieq ġġemma’ biex tkun tista’ tilħaq l-għanijiet tiegħek u tiżgura fl-ewwel jum tax-xahar li l-ammont li tibbaġitja jmur f’kont speċifiku – kont għall-għanijiet qosra bħal xi vaganza u pjan tal-pensjoni privata biex tilħaq l-għan fit-tul tiegħek – l-irtirar. Uża l-kalkulaturi ta’ ĠEMMA mfassla apposta biex jgħinuk tippjana t-tfaddil tiegħek:

  • Kalkulatur tat-Tfaddil
  • Kalkulatur tal-Baġit tat-Tieġ
  • Kalkulatur tal-Istaġun Festiv
  • Il-Planner għat-Tarbija Tiegħi
  • Kalkulatur tad-Dejn Bi Proporzjon mad-Dħul
  • Il-Kalkulatur tal-Ivvjaġġar
  • Il-Latte Tracker
  • Kalkulatur għal Meta Nerġgħu Lura l-Iskola