Baġit huwa pjan għall-infiq tiegħek – jgħinek tiżgura li tonfoq il-flus fuq il-“bżonnijiet” tiegħek – dawk l-affarijiet li huma essenzjali għall-benesseri tiegħek u tal-familja tiegħek. Huwa faċli li ttajjar id-dħul tiegħek fuq affarijiet li m’għandekx verament bżonn – “li trid” – daqsxejn hawn, daqsxejn hemm, u ma jibqa’ xejn biex jgħinna nimxu ‘l quddiem finanzjarjament. Niżżel Il-Planner ta’ ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi. Ibda l-ippjanar tal-baġit tiegħek illum.