Jiddependi għal xiex se tużahom. Idealment għandek tieħu self għal affarijiet li jżidu fil-valur bħal dar jew iżidu l-valur tiegħek bħall-edukazzjoni. Kun żgur/a li meta tissellef tista’ taffordja li tħallas il-pagamenti ta’ kull xahar. Jekk taqa’ lura fil-pagamenti inti se tispiċċa tħallas miżati żejda, u s-self tiegħek jistgħu jitolbuk tħallsu f’daqqa, u inti se tikseb storja ta’ kreditu negattiva li se timpedilek milli tikseb self fil-futur. Uża l-Kalkulatur tad-Dejn bi Proporzjon mad-Dħul biex tara l-livell ta’ dejn li tista’ taffordja fi kwalunkwe ħin.