Jekk tħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet f’Malta biex tikkwalifika għal pensjoni tal-irtirar, il-kontribuzzjonijiet imħallsa fir-Renju Unit ma jintużawx. Ikun aktar ta’ benefiċċju għall-pensjonant/a peress li r-rata tal-pensjoni ma tiġix ikkalkolata fuq bażi prorata. Jekk dawn il-kontribuzzjonijiet ikunu bżonnjużi biex:
- takkumula l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet meħtieġa biex tirtira qabel, f’età ta’ 61 sena; jew
- tibbenefika mill-miżura ta’ żieda perċentwali, għax kellek biżżejjed biex tirtira kmieni, fl-età ta’ 61 sena, iżda pposponejt id-data u komplejt taħdem; jew
- tikkwalifika għal pensjoni kontributorja għas-sigurtà soċjali ta’ Malta;
il-kontribuzzjonijiet imħallsin fir-Renju Unit jittieħdu inkonsiderazzjoni.