Kollha smajtu bil-pensjoni massima ta’ kull ġimgħa, li għas-sena 2019, kienet ta’ €237.97 u għas-sena 2020 żdiedet għal €243.81.

Wara r-riformi tal-pensjonijiet tal-2007, hemm żewġ limiti massimi tad-dħul tal-pensjoni. Dawn huma:

  • Jekk twelidt bejn l-1952 u l-1961 il-limitu massimu tad-dħul tal-pensjoni kien €18,562 fl-2019 u żdied għal €19,017.37 għas-sena 2020.
  • Jekk twelidt fl-1962 u wara, il-limitu massimu tad-dħul pensjonabbli huwa ta’ €24,986 fl-2020.

Allura, kif tiġi kkalkulata r-rata massima tal-pensjoni?

Bażikament, żewġ terzi tad-dħul massimu mill-pensjoni huwa meħud, liema riżultat huwa diviż bi 52 ġimgħa biex tinkiseb ir-rata massima ta’ kull ġimgħa.

€19,017.37 (limitu massimu tad-dħul tal-pensjoni) * (2/3) (żewġ terzi) */52 ġimgħa €243.81 = il-pensjoni massima ta’ kull ġimgħa.