Hemm diversi miżuri tal-baġit fis-seħħ li jaffettwaw il-pensjoni, li jippermettu lill-pensjonanti jżidu d-dħul annwali tal-pensjoni tagħhom.

Il-kontribuzzjonijiet imħallsa wara d-data tal-ħruġ tal-pensjoni oriġinali, sal-età ta’ 65 sena, huma kkunsidrati b’hekk iżidu l-medja tal-kontribuzzjoni, u b’hekk itejbu r-rata tal-pensjoni.

Żieda marbuta mal-posponiment tal-pensjoni lil hinn mill-età ta’ 61

Il-persuna self-occupied tista’ tħallas għall-aħħar 5 snin permezz tal-konċessjoni tal-aħħar 5 snin.

Kull persuna ta’ 59 sena jew aktar, u li qiegħda f’impjieg, tista’ tħallas sa 260 kontribuzzjoni b’lura permezz ta’ dawn il-miżuri tal-baġit 2015

  • Tnaqqis tal-pensjoni tas-servizz

L-arretrati għall-impjegati tal-gvern b’pensjoni tas-servizz joħorġu minħabba1) tnaqqis fil-pensjonijiet tas-servizzi skont id-diskorsi tal-baġit; 2) il-miżura tal-baġit 2019 li tgħid li filwaqt li s-somma eżentata (tnaqqis fil-pensjoni tas-servizz) telgħet għal €2,466 għal dawk il-pensjonanti tas-servizzi ta’ età ta’ 72 sena jew aktar, il-pensjoni tas-servizz mibdula se tiġi mnaqqsa b’75%, fis-sens li 75% se jiġu injorati u 25% biss se jiġu kkunsidrati. Sal-2018, 50% ġew injorati.