Hija żieda marbuta mal-posponiment tal-pensjoni lil hinn mill-età ta’ 61 sakemm il-pensjonant/a kien/et eliġibbli li j/titlob pensjoni mill-inqas sena qabel l-età tal-pensjoni tiegħu/tagħha iżda kompla/iet j/taħdem.

Il-miżura daħlet fis-seħħ fl-2016. Sal-2018, l-inċentiv kien applikabbli biss għall-impjegati tas-settur privat. Fl-2019, ġie estiż biex jinkludi l-impjegati tas-servizz pubbliku.

Għal aktar informazzjoni agħfas hawn.

Eżempji:

Is-Sur X ħa l-pensjoni tal-istat fl-2015. Huwa kien intitolat għall-pensjoni massima, li fl-2015, kienet ta’ €228.75 fil-ġimgħa. Huwa ma bbenefikax mill-miżura ta’ żieda perċentwali minħabba li l-miżura daħlet fis-seħħ fis-sena 2016.

Is-Sur Y huwa eks impjegat mis-settur privat u beda jirċievi l-pensjoni tal-istat fl-2016. Huwa kien intitolat għall-pensjoni massima ta’ €229.92 għas-sena 2016, u kien intitolat għal żieda ta’ 5%. Ir-rata tal-pensjoni ġdida tiegħu hi: €241.42.

Is-Sur Z kien impjegat tas-servizz pubbliku li beda jirċievi l-pensjoni tal-istat fl-2016. Huwa kien intitolat għall-pensjoni massima għas-sena 2016, iżda ma bbenefikax mill-miżura ta’ żieda bil-perċentwali peress li l-miżura ġiet estiża għall-impjegati tas-servizz pubbliku fl-2019.

Madankollu, għall-każijiet tal-aħħar, mis-sena 2020, l-impjegati tas-settur pubbliku u tas-servizz pubbliku li rtiraw matul u wara l-2016 u dewmu l-pensjoni tagħhom iżda ma bbenefikawx miż-żieda perċentwali fil-miżura, se jkollhom ir-rata tal-pensjoni tagħhom riveduta. Ir-rata tal-pensjoni oriġinali se tiżdied bir-rata perċentwali ta’ differiment dovuta u r-rata l-ġdida ta’ pensjoni riveduta se tinħareġ mill-2020.