Tista’ titlob mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali previżjoni tad-dħul tal-pensjoni li inti intitolat/a għaliha f’etajiet ta’ rtirar differenti.

Ikklikkja hawn biex tikkuntattja lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew ċempel 153  jew idħol servizz.gov.mt biex titlob valutazzjoni tentattiva. Imbagħad tingħata tweġiba formali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Il-previżjoni li tirċievi hija bbażata fuq ir-rekord attwali tiegħek tas-sigurtà soċjali u l-previżjoni tassumi li l-kontribuzzjonijiet tiegħek sal-irtirar tiegħek tħallsu sakemm ma temmejtx l-impjieg tiegħek.

It-tweġiba tipprovdilek ukoll tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek. Pereżempju l-effett fuq ir-rata tal-pensjoni tiegħek jekk trid tirtira kmieni mix-xogħol, tibdel ix-xogħol jew id-dħul.