Illum, ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, ippreżentat 5 vawċers ta’ €100 kull wieħed lil ħames rebbieħa u dan sar fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.
Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, is-Sur Mark Musù ppreżenta l-vawċers lir-rebbieħa. Dawn il-vawċers għandhom jissarrfu fil-Park Towers Supermarket, ta’ Santa Venera jew ta’ San Ġiljan.
Matul l-istaġun festiv tas-sena l-oħra, permezz ta’ waħda mill-inizjattiva tagħha msejħa ONFOQ BIL-GĦAQAL it-tim ĠEMMA beda kompetizzjoni li saret matul il-prestazzjoni ta’ ALADDIN Panto.
Ir-rebbieħa ntgħażlu permezz ta’ tlugħ li sar fost dawk il-parteċipanti li bagħtu tweġiba korretta fuq il-formola li tista’ tiġi aċċessata permezz tal-website ta’ ĠEMMA: https://gemma.gov.mt/panto
Is-Sur Musù filwaqt li rringrazzja lir-rebbieħa għall-parteċipazzjoni tagħhom enfasizza l-ħidma tad-deheb li t-tim ĠEMMA qed jagħmel permezz tad-diversi inizjattivi u sħubijiet tiegħu ma’ partijiet interessati oħra sabiex jippromwovi aktar għarfien dwar il-kapaċità finanzjarja f’Malta.