Dan huwa r-raba’ filmat li pproduċejna mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-sensiela tagħna dwar l-ibbaġitjar.
Il-kont tad-dawl u l-ilma rċevejtu fil-post dalgħodu. U qabżitlek bl-ikrah. ☹☹☹☹☹☹☹☹.
Din il-ġimgħa stess, kemm-il darba għidt lil Matthias biex jitfi l-air condition tal-kamra tiegħu meta ma jibqax hemm. U għaliex għandu dejjem ikun mgħolli sal-ogħla livell. U lil żewġi Tony, kemm-il darba hemm bżonn ngħidlu li m’għandux iħalli l-friġġ miftuħ meta jkun qed iħejji l-ikla ta’ filgħaxija. U kellu jibqa’ jinsisti li rridu nixtru magna tal-ħasil tal-10 kg!
U binti Angele, hemm bżonn li tieħu xawer ta’ 15-il minuta tliet darbiet kuljum biex tħossha komda u friska?
U dawk id-dwal li jitħallew jixegħlu għalxejn ………………… aaaħħħħħħħ.
Ara dan il-vidjow ta’ ĠEMMA billi tikklikkja fuq din il-link u tgħallem dwar dawn il-miżuri prattiċi li tista’ faċilment timplimenta li jiggarantulek kontijiet tad-dawl u l-ilma inqas.
Għarrafna bil-ħsibijiet tiegħek. Aħna ħerqana li nisimgħu mingħandek. U aħna f’ĠEMMA nħeġġuk tixxerja din il-link jew il-vidjow mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq Facebook.