It-Tim ta’ Money Monsters

Money Monsters hija logħba interattiva u edukattiva għat-tfal maħluqa minn tliet studenti universitarji li kienu qed isegwu degree fl-Intelliġenza Artifiċjali fl-Università ta’ Malta. Bħala tim daħlu fil-kompetizzjoni ta’ ĠEMMA dwar il-gamifikazzjoni u rebħu l-ewwel premju.

Dan hu dak li kellhom xi jgħidu dwar l-esperjenza tagħhom.

Nugget

“Bl-għajnuna tiegħek tgħallimt xi jfissru l-flus u li l-flus ma jiġux mix-xejn, iżda rrid naħdem għalihom. Billi nkompli l-istudji tiegħi u mmur l-università jista’ jkolli xogħol aħjar u b’hekk naqla’ aktar flus. Bil-flus nista’ nixtri affarijiet li verament għandi bżonn, ikolli dar aħjar u saħansitra nista’ nibni familja. Kapaċi wkoll inkun aktar b’saħħti u kuntent billi nieħu d-deċiżjonijiet it-tajba.”

Chantelle Saliba

“Kienet opportunità u esperjenza li ma ninsieha qatt li minnha tgħallimt ħafna. Matul dan il-vjaġġ, esperjenzajna l-proċess ta’ kif prodott jibda minn idea u jevolvi sakemm dan isir prodott finali filwaqt li konna qegħdin nirċievi sapport kontinwu mill-organizzazzjoni ĠEMMA. Dan il-proġett għandu kunċett importanti ħafna dwar ir-responsabiltà finanzjarja illi naħseb hija importanti li wieħed jitgħallimha minn età żgħira.”

Sean Powell

“Huwa importanti li tkun taf kif iġġemma’ l-flus għal sitwazzjonijiet mhux previsti bħall-pandemija attwali. Nispera li din il-logħba tattira l-interessati tat-tfal għal dan u tgħinhom jifhmu kif ikunu finanzjarjament responsabbli.”

Valerija Holomjova

“Meta ħdimt fuq dan il-proġett, tgħallimt l-importanza tar-responsabbiltà finanzjarja. It-tfassil ta’ Money Monsters tani l-opportunità li ngħin lit-tfal minn età bikrija jitgħallmu kunċetti ta’ litteriżmu finanzjarju, biex ikunu ppreparati għal aktar tard fil-ħajja. Ħdimna ħafna biex niżviluppaw il-logħba u nittamaw li se tikkontribwixxi għal ġenerazzjoni aktar finanzjarjament responsabbli.”

Biex issir taf aktar dwar il-kunċett ta’ gamifikazzjoni tal-kapaċità finanzjarja, il-modulu mmexxi mid-Dipartiment tal-IA fil-Fakultà tal-IT fl-Università ta’ Malta, kif ukoll il-logħba u t-tim li żviluppawh, ara dan il-filmat.

Valerija Holomjova titkellem dwar l-esperjenza tagħha