L-istrateġija għall-Irtirar u l-Kapaċità Finanzjarja tistabbilixxi din il-Viżjoni:
“Intejbu l-kapaċità finanzjarja personali taċ-ċittadini Maltin matul l-avvenimenti tal-ħajja u tal-irtirar billi nagħmluhielhom possibbli li jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati aħjar li jikkorrispondu maċ-ċirkostanzi individwali tagħhom”.
Biex in-nies ikunu finanzjarjament kapaċi għandhom bżonn l-għarfien u l-ħiliet biex jamministraw il-finanzi personali u tal-familja. Jekk l-affarijiet l-oħra jibqgħu l-istess, in-nies li għandhom aktar għarfien u fehim dwar il-finanzi u għandhom ħiliet amministrattivi tal-finanzi x’aktarx li jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji aħjar. It-tabella t’hawn taħt turi l-oqsma ta’ għarfien li l-Istrateġija identifikat bħala neċessarji biex iċ-ċittadin Malti jkun finanzjarjament kapaċi.