KOMPETIZZJONI
It-tfal se jesploraw kif għażliet tajbin f’dak li jirrigwardja l-flus jistgħu jħallu impatt fuq ġisimhom, moħħhom u l-finanzi tagħhom.
Il-logħba edukattiva Money Monsters tgħallem lit-tfal kif jagħmlu għażliet tajbin f’dak li jirrigwardja l-flus. Dan juri lit-tfal ir-rabta diretta bejn l-immaniġġjar tal-flus u l-benesseri (is-saħħa u l-kuntentizza). Il-monstru Nugget jista’ jaqla’ l-flus billi jmur għax-xogħol u jista’ jagħżel kif jonfoq il-flus u dan se jaffettwa s-saħħa u l-kuntentizza tiegħu. Skont l-għażliet tajba li jagħmel Nugget matul ħajtu, f’dak li jirrigwardja l-flus, jista’ jew jirbaħ u jirtira bħala monstru kuntent b’saħħtu jew jitlef u jispiċċa b’ħafna dejn jew saħansitra jispiċċa miżerabbli fil-ħabs.