Segwejt Il-Kotba ż-Żgħar Suwed dwar l-Iscams u l-Frodi? Tista’ tniżżilhom, bil-Malti jew bl-Ingliż, mil-link li ġej: https://gemma.gov.mt/ebooks/.
Minnhom malajr tirrealizza li numru tajjeb ta’ scams u frodi li huma diskussi fihom huma riżultat tal-hacking tal-kompjuter, tat-tablet u tal-mowbajl tiegħek permezz tal-Internet. Ladarba l-iscammer jikseb aċċess għat-tagħmir tiegħek jista’ prattikament jagħmel dak li jrid – iqalliblek ir-rekords tiegħek għal informazzjoni personali u finanzjarja, kif ukoll jibdel is-sigurtà u s-settings tat-tagħmir tiegħek sabiex ikun jista’ jaċċessa xħin irid.
Ħafna drabi, l-attakki tal-iscam jistgħu jiġu mwaqqfa jekk tiżgura li s-settings tas-sigurtà tiegħek għat-tagħmir tiegħek huma ssettjati kif suppost. Żomm f’moħħok li l-iscammers jippreferu jimmiraw għal priża faċli peress li jridu “hack mgħaġġla” mingħajr ma jagħmlu ħafna sforz u jaħlu ħin żejjed u għalhekk jekk ikollok il-parametri bażiċi tas-sigurtà tiegħek fis-seħħ hemm il-probabbiltà li jerġgħu lura u jattakkaw xi ħadd ieħor.
Il-Fondazzjoni eSkills Malta flimkien ma’ ĠEMMA ġabu flimkien din l-infografika faċli biex tużaha u enfasizzaw uħud mill-karatteristiċi bażiċi tas-sigurtà fuq it-telefon Android. Dawn il-passi jinkludu:
- Attiva l-awtentikazzjoni b’żewġ fatturi fuq il-kont tiegħek ta’ Google.
- Uża lock screen
- Żgura li l-Find My Phone tkun mixgħula.
- Itfi l-Unknown Sources u Developer Mode.
- Ibqa’ aġġornat.
- Ikkonfigura fingerprint unlock.
- Ipprevjeni l-unknown downloads.
- Uninstall apps.
- Iċċekkja l-permessi tal-apps.
- Itfi l-iSmart Lock għal Passwords u Auto Sign-in.
- Niżżel maniġer tal-passwords.
- Uża VPN.
- Uża authenticator app.
Skrollja aktar ‘l isfel biex tara l-infografika tas-sigurtà Android jew ikklikkja hawn biex tniżżel.