ĠEMMA tenfasizza li deċiżjoni finanzjarja għandha tkun waħda infurmata – u waħda li taqbel maċ-ċiklu finanzjarju u / jew tal-ħajja personali tiegħek. Dan il-gwida li jispjega f’termini sempliċi l-pjanijiet tal-pensjoni privata huwa mfassal biex jgħinek issir kemxejn aktar familjari mat-termini tekniċi tal-pjanijiet tal-pensjoni volontarji.
Dan il-gwida jfittex li jħalli barra l-lingwaġġ tekniku użat mill-fornituri tal-pjanijiet tal-pensjoni u jfittex li jispjegahom b’mod simplifikat. ĠEMMA tirrikonoxxi li f’ċerti każijiet dan mhux dejjem kien possibbli li jinkiseb. ĠEMMA tistieden lill-persuni u lill-fornituri tal-pjanijiet tal-pensjoni biex jippreżentaw suġġerimenti dwar kif dan il-gwida jista’ jiġi ssimplifikat aktar. Suġġerimenti bħal dawn għandhom ġentilment jintbagħtu għall-attenzjoni tat-tim ta’ ĠEMMA f’gemma@gov.mt.