It-tim ĠEMMA applowdja kalkulatur ġdid – “Kalkulatur tat-Tfaddil”.

Dan il-kalkulatur jgħinek biex tikkalkula dan li ġej: it-tfaddil totali tiegħek inkluż l-imgħax li taqla’ mill-jum li tibda tinvesti.
Il-perjodu li matulu tfaddal huwa ssettjat għal massimu ta’ 45 sena. Il-kalkulatur jippermettilek tissettja l-ewwel ammont li se tiddepożita u l-ammonti addizzjonali li se ġġemma’ kull xahar. Żomm f’moħħok li int se tissettja wkoll ir-rata annwali ta’ mgħax.
Huwa importanti li tinnota li l-inflazzjoni maż-żmien tnaqqas il-qawwa tal-akkwist tal-flus li ġemmajt. Idealment inti tipproteġi t-tfaddil tiegħek kontra l-inflazzjoni – iżda dan mhux dejjem ikun possibbli. Pereżempju, illum, ir-rata medja tal-imgħax fuq il-kontijiet tat-tfaddil hija ferm inqas minn 1% u din ilha hekk għal dawn l-aħħar snin – aktar baxxa mir-rata tal-inflazzjoni. Dan ifisser li maż-żmien il-valur tax-xiri tal-investiment tiegħek se jitnaqqar.
Il-kalkulatur jitolbok tiddetermina r-rata tal-inflazzjoni. Il-kalkulatur jaħdem l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-perjodu li fih iseħħ it-tfaddil.
Fl-eżempju t’hawn taħt għandek indikat x’tistenna li tkun il-pożizzjoni ta’ tfaddil tiegħek bejn 25 u 70 sena. L-ewwel tfaddil iddepożitat tiegħek huwa ta’ €500 bi tfaddil addizzjonali ta’ kull xahar b’medja ta’ €100 fix-xahar matul il-perjodu. Il-grafika ta’ hawn taħt turik kif se jakkumula t-tfaddil matul il-perjodu. It-tfaddil totali, inkluż l-imgħax, huwa stmat li jkun ta’ €89,239. Dan jintwera bħala l-“Gross Future Value”.
L-impatt tal-inflazzjoni fuq it-tfaddil tiegħek jidher fit-tabella bħala “Total Inflation”. Il-“Future Net Value” jurik il-qawwa tal-akkwist attwali għat-tfaddil tiegħek meta mqabbel mal-lum. Allura waqt li tkun faddalt kważi €90,000 fuq medda ta’ 45 sena, l-impatt tal-inflazzjoni jfisser li l-qawwa tal-infiq attwali tiegħek meta mqabbla mal-lum hija biss ta’ €53,805.

