Xi jfisser li taħdem fin-negozju tal-familja tiegħek?

In-negozji tal-familja huma riżorsa importanti ferm għall-ekonomija ta’ Malta. Dawn in-negozji jiġġeneraw tkabbir ekonomiku, jipprovdu impjiegi u joffru stabbiltà. Li taħdem f’negozju tal-familja fih kemm vantaġġi kif ukoll żvantaġġi. Minn naħa tkun qed taħdem ma’ persuni li tafda u li jimpurtak minnhom, u l-ambjent tax-xogħol u l-kundizzjonijiet jistgħu jkunu aktar liberi.

Jekk inti taħdem fin-negozju jew fl-intrapriża tal-familja inti xorta għandek tħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali skont kemm taqla’, daqslikieku kont impjegat u ma kontx parti mill-familja. Din mhijiex taxxa. Anzi, hija aspett kruċjali tal-impjieg u l-futur tiegħek.

Visit our website from time to time for fresh new content to help you manage your money and plan for your future

LIKE us on Facebook