Il-gost jew l-imrar ta’ wara ġita
Aktarx, l-aktar ħaġa popolari llum wara karozza u ċellulari sar is-safar. Le ma nsejtx ix-xiri ta’ dar, iżda din kienet prijorità fil-ġenerazzjonijiet ta’ deċenji ilu. Fejn li jkollok darek kienet tfisser pride, sigurtà, impenn, il-vetrina li tirrappreżenta ħajjitna. Illum l-importanti għal bniedem sar hu (innifsu) u li jgħix il-mument. “Għada min rah!”… Iżda għal min…