Kun af l-obbligazzjonijiet tiegħek
Bħala self-employed inti tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont kemm taqla’. Din mhijiex taxxa. Jekk tiddikjara anqas dħul minn dak li verament taqla’ biex tħallas anqas bolla tkun qed tidħaq bik innifsek u bilfamilja tiegħek. Dan ikun ifisser li meta tirtira se tkun intitolat għal pensjoni baxxa, li żgur se taffettwa l-kwalità tal-ħajja tiegħek u tal-familja waqt li tkun irtirat.