Bl-avvanzi li saru fl -aħħar snin, persuni b’diżabilità sar għandhom ħajja aktar indipendenti. Minkejja dan, l-isfi di fi l-ħajja ma jiqfux. Il-mard jew id-diżabilità stess joħolqu ċerti sfi di, u dawn jistgħu ma jħallukx tieħu ħsieb tajjeb il-fi nanzi tiegħek; tibda ssibha diffi ċli tieħu ċerti deċiżjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fl us, mat-tfaddil, mal-impjieg, mal-ispejjeż tal-ħajja. Dan jista’ jħalli impatt ukoll fuq l-għeżież tiegħek f’każ li tiġi nieqes.
Dan l-ebook huwa maħsub biex jgħinek tkun aktar indipendenti billi jagħtik tagħrif dwar kif tista’ żżid id-dħul tiegħek (taħriġ, impjieg aħjar, allowances) u tnaqqas l-ispejjeż (għajnuniet b’xejn jew irħas) u jgħinek tinforma ruħek tajjeb, anki b’għajnuniet online li jeżistu.