Li tormol hija iebsa, iżda huwa daqstant diffiċli l-impatt finanzjarju li jista’ jolqtok. Ħafna drabi jista’ jitbaxxa l-livell tal-għajxien minħabba li d-dħul jista’ jonqos jew minħabba bidliet fil-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali. Jitfaċċaw ukoll spejjeż tad-dar, jew ta’ mediċini li ma tkunx tista’ tgħaddi mingħajrhom. Bħala armel jew armla tħossok vulnerabbli u għaldaqstant huwa importanti li tinforma ruħek tajjeb.
Dan l-ebook huwa maħsub biex jgħinek tkun aktar indipendenti billi jagħtik tagħrif dwar fejn tista’ ssib għajnuna fuq il-pensjoni tar-romol, fuq kif tista’ tieħu ħsieb flusek u kif timmaniġġa l-wirt, kif ukoll jgħinek tinforma ruħek tajjeb biex tevita abbuż finanzjarju.