Kull min għadda minn separazzjoni jew divorzju jista’ jgħidlek kemm dan iż-żmien emozzjonali u trawmatiku jġib bidliet kbar f’ħajtek. Importanti li tfittex l-għajnuna legali kif ukoll personali sabiex tkun tiflaħ tiffaċċja d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu. F’dan il-handbook se ssib informazzjoni dwar x’inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tiegħek bħala persuna għaddejja minn din is-sitwazzjoni speċjalment fejn jidħlu kwistjonijiet finanzjarji.