L-ISTAĠUN FESTIV HUWA HAWN: PARIRI FINANZJARJI LI TISTA’ TIKKUNSIDRA!
Għal darb’oħra, se nidħlu fi staġun festiv ġdid. Għal ħafna, l-istaġun tal-festi jista’ jkun stressanti – ix-xiri tar-rigali għat-tfal u l-qraba, spejjeż għall-ħruġ, eċċ. Il-probabbiltà hija li dan l-istaġun festiv se jkun fuq in-naħa kwieta – Il-COVID-19 ħassar il-festi. Hawn għandek xi suġġerimenti finanzjarji minn ĠEMMA li tista’ ssegwi dan l-istaġun festiv. Ftakar il-‘ħtiġijiet’ tiegħek…