Il-perjodu ta’ żmien li fih il-pensjoni għall-kontributuri tal-klassi I (impjegati) ġiet kkalkulata qabel ir-riformi, kien ibbażat fuq il-medja tal-aħjar tliet snin konsekuttivi mill-aħħar għaxar snin; u għal kontributuri tal-klassi II (li jaħdmu għal rashom) fuq il-bażi tal-medja tal-aħħar għaxar snin.
Ir-riformi kkonkludew li l-mekkaniżmu ta’ kalkolu eżistenti wassal għal għadd ta’ kwistjonijiet. Fost l-oħrajn, dawn jinkludu:
(i) diskriminazzjoni bejn persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom;
(II) pressjoni fuq min iħaddem biex iżid is-salarju tal-impjegati fl-aħħar snin ta’ impjieg minħabba l-kriterju tal-aħjar tliet snin konsekuttivi mill-aħħar għaxar snin;
(iii) abbażi ta’ mudell tradizzjonali ta’ impjieg, fejn ikun preżunt, li l-persuni jipprogressaw fix-xogħol bl-anzjanità u għalhekk wisq probabbli jkollhom dħul ogħla fit-tmiem tal-karriera tagħhom milli fi kwalunkwe ħin ieħor matul l-istorja tal-impjieg tagħhom.
Fir-riforma, il-perjodu li fuqu jsiru l-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali ġie emendat, u nbidel għal mekkaniżmu aktar ġust, li jieħu inkonsiderazzjoni l-aħjar 10 snin ta’ impjieg, irrispettivament jekk dawn seħħewx fi stadji differenti tul l-istorja tal-impjieg ta’ persuna, definita bħala 40 sena.
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kontenut essenzjali tar-riformi tal-2007 li bihom ġie emendat il-perjodu ta’ akkumulazzjoni għall-kwalifikazzjoni għall-kontribuzzjoni sħiħa tas-sigurtà soċjali.
Tabella: Ir-riformi tal-2007
Età | Grupp | Perjodu ta’ akkumulazzjoni |
Imwieled/a fl-1962 u wara | Switchers | L-aħjar 10 minn 40 sena |
Imwieled/a bejn l-1959 u l-1961 | Tranżitorju | Medja annwali tal-paga bażika matul l-aħjar 3 snin kalendarji konsekuttivi fl-aħħar 13-il sena kalendarja konsekuttiva |
Imwieled/a bejn l-1956 u l-1958 | Tranżitorju | Medja annwali tal-paga bażika matul l-aħjar 3 snin kalendarji konsekuttivi fl-aħħar 12-il sena kalendarja konsekuttiva |
Imwieled/a bejn l-1952 u l-1955 | Tranżitorju | Medja annwali tal-paga bażika matul l-aħjar 3 snin kalendarji konsekuttivi fl-aħħar 11-il sena kalendarja konsekuttiva |
Imwieled/a matul l-1951 u qabel | Eżenti | Medja annwali tal-paga bażika matul l-aħjar 3 snin kalendarji konsekuttivi fl-aħħar 10 snin kalendarji konsekuttivi |