Se jseħħu numru ta’ avvenimenti fiċ-ċiklu ta’ ħajtek – xi wħud ippjanati, oħrajn le. Matul il-kors tal-ħajja tiegħek inti tista’ tieħu deċiżjonijiet li jitolbu li inti tieqaf taħdem jew avvenimenti li se jseħħu li ma jippermettux li taħdem.
Inti, flimkien mas-sehem rispettiv ta’ 10% ta’ min iħaddmek u l-gvern jekk int impjegat, jew is-sehem ta’ 7.5% tal-gvern jekk inti taħdem għal rasek, tista’ tħallas biss il-kontribuzzjoni tiegħek tas-sigurtà soċjali jekk tkun qed taħdem u taqla’ paga jew salarju gross. Skont meta twelidt trid tħallas in-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kif ġej jekk se tikkwalifika għall-pensjoni sħiħa rigward il-kontribuzzjonijiet imħallsa:
Jekk għandek vojt fl-istorja kontributorja tiegħek, ifisser li inti se tirċievi pensjoni aktar baxxa mal-irtirar, milli kieku ħallast l-ammont sħiħ tiegħek ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
L-iskema ta’ kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali hija pakkett ta’ “assigurazzjoni” li jipprovdi għal solidarjetà interġenerazzjonali. L-iskema hija mfassla biex tipprovdilek protezzjoni f’każ li jseħħ vojt fil-kontribuzzjoni mhux ippjanat jew vojt frott id-deċiżjonijiet li inti tagħmel li finalment jippreżentaw valur ekonomiku u soċjali lil Malta.
L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, għalhekk, jipprevedi l-ikkreditar tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni kontributorja tal-pensjoni tiegħek għal ċerti ċirkostanzi speċifiċi.
Xi jfisser ikkreditar
L-ikkreditar ifisser li għal ċerti ċirkostanzi speċifiċi fejn ma tkunx qed taħdem, il-gvern se jħallas il-kontribuzzjoni tiegħek daqslikieku għadek qed taħdem.
X’inhuma ċ-ċirkostanzi speċifiċi li taħthom il-gvern jagħti l-kontribuzzjonijiet ta’ kreditu lill-pensjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek?
Hemm diversi ċirkostanzi speċifiċi li għalihom il-gvern jagħti kontribuzzjonijiet ta’ kreditu għar-rekord tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek. Dawn huma murija fit-tabella hawn taħt: