Bħal kull sajf, ĠEMMA l-inizzjattiva li tippromwovi l-kapaċità finanzjarja fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, flimkien mal-Fondazzjoni HSBC Malta ikkollaboraw fuq proġett immirat lejn it-tfal li pparteċipaw fi SkolaSajf organiżżata mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi FES. Din is-sena 2,500 tifel u tifla ta’ etajiet differenti bejn 8 u 15-il sena attendew Skolasajf kemm f’Malta, kif ukoll f’Għawdex u ħadu sehem fl-attività ‘Piece by Peace’. Fis-sessjonijiet li ngħataw, it-tfal tgħallmu l-kunċett tar-responsabbiltà soċjali fejn fehmu kif l- għażliet u d-deċiżjonijiet li jieħdu għandhom jimxu fuq prinċipji soċjalment responsabbli biex dawn ikollhom impatt tajjeb.
Tim ta’ edukaturi flimkien ma’ voluntiera mill-HSBC ħadmu fuq dan il-proġett biex joħolqu u jagħtu sessjonijiet interattivi ta’ taħriġ li kienu prattiċi, hands-on u fl-istess waqt divertenti u nteressanti għat-tfal. Tnediet ukoll kompetizzjoni biex it-tfal f’timijiet ta’ erbgħa, joħolqu poster ta’ kumpanija immaġinarja tagħhom. Fuq dawn il-posters kellhom iniżżlu lista ta’ erba’ inizzjattivi ewlenin li l-kumpanija tagħhom trid timplementa u li juru responsabbiltà soċjali. It-tim rebbieħ kien miċ-ċentru ta’ Ħat-Attard filwaqt li t-timijiet miċ-ċentri ta’ Pembroke u Żebbuġ ġew fil-tieni post. Ir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni ġew ippremjati f’avveniment fl-Awla Prima fil-kampus tal-Belt, fis-6 ta’ Settembru 2023. Għal dan l-avveniment attendew l-Onorevoli Dott. Michael Falzon, Ministru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, is-sur Michael Bondin, Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, is-sur Glenn Bugeja li jirrapreżenta lill-Fondazzjoni HSBC Malta, is-Sinjura Alexia Vella, Direttur Ġenerali Riċerka, Politika u Operat, t-Tim ta’ ĠEMMA il-voluntiera tal-HSBC u l-edukaturi.
Ritratti: DOI