Il-mod li bih il-fornitur ta’ prodott ta’ pensjoni privata jippreżenta l-ispejjeż jista’ jkun qarrieqi. Fir-reklamar jista’ jkun hemm referenza għal tariffa annwali. It-tariffa annwali, madanakollu, mhux neċesserjament tkun l-ispiża kollha li ser ikollok tħallas għall-prodott. It-tariffa annwali tirreferi għall-ispejjeż tal-amministrazzjoni. Madanakollu, jista’ jkun hemm tariffi oħrajn inklużi fid-dokumentazzjoni teknika fir-rigward ta’ spejjeż ta’ negozjar jew ta’ ħruġ.
Meta tkun qed tikkunsidra li takkwista prodott, kun żgur li tistaqsi dwar l-ispejjeż kollha tal-prodott tal-irtirar tal-pensjoni privata. Il-figura t’hawn taħt turi t-tipi differenti ta’ spejjeż li inti jkollok tħallas meta tixtri prodott.
Figura XX: Spejjeż li Jista’ Jkollok Tħallas meta Tixtri Prodott tal-Irtirar ta’ Pensjoni Privata
Meta tkun qed tikkunsidra li tixtri prodott tal-irtirar ta’ pensjoni privata kun żgur li tistaqsi dan li ġej:
- Jekk hemmx xi tariffa inizjali u jekk iva xi tkun ir-raġuni ta’ din it-tariffa. Inti għandek ukoll tistaqsi lill-fornitur biex jipprovdik bl-eżempju ta’ kif taħdem din it-tariffa inizjali.
- Jekk hemmx xi ħlas tal-ħruġ u jekk iva għar-raġuni dwar din it-tariffa. Inti għandek ukoll tistaqsi lill-fornitur biex jipprovdik bl-eżempju ta’ kif jinħadem dan il-ħlas tal-ħruġ.
- X’inhuma t-tariffi kontinwi u staqsi għal spjegazzjoni dwar fiex jikkonsistu.
- Staqsi jekk hemmx tariffa fuq il-prestazzjoni, u jekk iva staqsi għall-persentaġġ tal-Valur Nett tal-Assi (VNA) li ntalab fl-aħħar sena finanzjarja (inkluż fejn kien null).
- Staqsi jekk hemmx tariffi tat-tranżazzjonijiet li jkollhom jitħallsu jekk tiddeċiedi li tbiegħ jew tixtri investimenti għall-prodott tal-pensjoni tiegħek u jekk iva fiex jikkonsistu dawn it-tariffi.
Għalfejn Huwa Importanti li Tifhem l-Ispejjeż Reali ta’ Prodott ta’ Pensjoni Privata tal-Irtirar li qed Tinvesti fih?
L-ispejjeż li tħallas jaffettwaw il-mezzi ta’ sikurezza tal-irtirar li ser tirċievi. Jekk il-prodott tal-irtirar tal-pensjoni privata li tinvesti fih għandu spejjeż għoljin, it-tnaqqir mill-mezzi tiegħek ser ikun sinifikanti. L-impatt tal-ispejjeż fuq il-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar jidher fl-eżempji ta’ hawn taħt.
Eżempju 01: Ġestjoni Annwali Baxxa u Spejjeż Kummerċjali
Il-prodott tal-irtirar tal-pensjoni privata huwa mfassal kif ġej:
Il-prodott huwa mfassal b’dan il-mod biex jipprovdik bi profil ta’ inqas riskju waqt li tipprogressa lejn l-irtirar. Bl-investiment fl-ishma fis-snin inizjali u ċaqliq lejn protafolli ta’ bonds, u għalhekk b’inqas riskji, meta tilħaq l-irtirar.
Inti tinvesti f’dan il-prodott tal-irtirar ta’ pensjoni privata fl-età ta’ 18-il sena. Inti ser tirtira fl-età ta’ 61 sena fl-2064.
L-ispejjeż tal-prodott huma kif ġej:
Il-figura ta’ hawn taħt turi r-rikonċiljazzjoni tal-prodott tal-irtirar tal-pensjoni privata fil-waqt li inti tirtira.
Il-figura ta’ hawn taħt turi b’mod grafiku l-persentaġġ tal-fondi tal-pensjoni li jintilef b’riżultat tat-tariffi li ħallast fuq perjodu ta’ 47 sena.
Figura XX: Eżempju 01: Il-Proporzjon tat-Tariffi Mħallsin Meta Mqabblin mat-Total tal-Fond tal-Pensjoni Akkumulat
Eżempju 02: Ġestjoni Annwali Għolja u Spejjeż Kummerċjali
Il-prodott tal-irtirar tal-pensjoni privata huwa simili għall-Eżemju 1: L-istruttura tat-tariffi, madanakollu, hija kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt.
Il-figura ta’ hawn taħt turi r-rikonċiljazzjoni tal-prodott tal-irtirar tal-pensjoni privata fil-waqt li inti tirtira.
Il-figura ta’ hawn taħt turi b’mod grafiku l-persentaġġ tal-fondi tal-pensjon li jintilef b’riżultat tat-tariffi li ħallast fuq perjodu ta’ 47 sena.
Figura XX: Eżempju 02: Il-Proporzjon tat-Tariffi Mħallsin Meta Mqabblin mat-Total tal-Fond tal-Pensjoni Akkumulat