Inti tista’ tiddeċiedi li l-pensjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek ser tfornik bi dħul ferm anqas minn dak li qed taqla’ waqt li qiegħed fl-impjieg. Dan ifisser li l-pensjoni tas-sigurtà soċjali waħedha mhux ser tippermettilek tgħix bil-kwalità tal-ħajja li tixtieq meta tirtira.
Għaldaqstant, inti taf li jekk trid tilħaq il-kwalità ta’ ħajja mixtieqa waqt l-irtirar inti ser ikollok bżonn dħul fix-xahar ferm ogħla minn dak li ser tirċievi mill-pensjoni tas-sigurtà soċjali.
Għaldaqstant, trid tibda tagħmel tajjeb għal din id-differenza billi tibda tfaddal ftit mill-flus li taqla’ waqt li qed taħdem. Aktar ma tiddeċiedi minn kmieni biex tfaddal għall-irtirar billi twarrab xi flus mis-salarju jew mill-paga, aktar ser ikollok tul ta’ żmien biex tkabbar il-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar tiegħek. Meta tibni l-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar billi tfaddal id-dħul illum waqt li qiegħed fl-impjieg ifisser li qed tkun proattiva biex tippjana għall-irtirar.
Qatt ma hemm ħin ‘tajjeb’ biex tibda tippjana għall-irtirar u tibni l-fond għall-irtirar tiegħek. Il-verità hi li aktar ma tibda minn kmieni biex tfaddal għall-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar, aktar ser tkun tista’ tgawdi mill-benefiċċji tal-komposti minn kmieni. Billi tinvesti f’xi ħaġa li tħallas l-interessi, it-tfaddil tiegħek mhux ser jikber biss bl-ammont li tkun faddalt u l-interess li ġġenerajt fuq dak l-ammont, iżda taqla’ wkoll l-interessi fuq l-interessi li ser tirċievi.
Ladarba tiddeċiedi li tibda tfaddal biex tibni l-mezzi għas-sikrezza tal-irtirar tista’ tiddeċiedi li l-ewwel tħallas id-djun prinċipali li jkollok – bħad-dejn fuq id-dar, il-ħlas tal-edukazzjoni tat-tfal jew sorsi oħrajn ta’ ħruġ sinifikanti – malajr kemm jista’ jkun.
Inti trid iżżomm f’moħħok li r-rata ta’ interess fuq id-dejn tiegħek – kemm jekk dejn fuq id-dar jew kċina mixtrija bil-karta ta’ kreditu – ser tkun ferm ogħla mill-interess li x’aktarx ser taqla’ mit-tfaddil tal-mezzi ta’ sikurezza tal-irtirar – partikolarment minħabba r-rati baxxi ta’ interessi li qed nesperjenzaw bħalissa.
Ikun għaqli li l-ewwel pass li għandek tagħmel meta tippjana l-irtirar huwa li tħallas id-djun tiegħek malajr kemm tista’. Huwa importanti ħafna li tevita li tibda l-irtirar bid-dejn. Jekk tispiċċa tagħmel hekk, id-dħul tiegħek fix-xahar ser ikun affettwat b’mod negattiv, għax ikollok tħallas id-dejn fix-xahar flimkien mal-interess fuqu.
Għandek tikkunsidra li tissettja standing order għall-flus li tiddeċiedi li tfaddal li jiskatta mal-ġurnata li tirċievi l-paga fix-xahar. Dan jiżgura li inti tfaddal b’mod regolari. Dan mhux biss jagħmilha konvenjenti għalik iżda x’aktarx issir aktar dixxiplinat biex iżżomm mal-pjan tal-irtirar tiegħek hekk kif il-flus jiġu trasferiti awtomatikament fil-mezzi ta’ sikurezza tal-irtirar tiegħek.
Jekk tiddeċiedi li tibda tfaddal għall-mezzi ta’ sikurezza tal-irtirar tard, l-interess kompost tal-flus li ser tfaddal x’aktarx li jaħdem jekk tagħmel kontribuzzjonijiet akbar fil-mezzi ta’ sikurezza tal-irtirar tiegħek. Hemm riskju reali li ma tkunx tista’ tilħaq l-għanijiet finanzjarji tiegħek jekk tibda tfaddal tard wisq. Jekk jiġri dan inti tista’ ssib li ma jkollokx għażla oħra ħlief li taġġusta l-istil ta’ ħajtek jew li tirtira iktar tard minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek.