- Inti eliġibbli għal pensjoni? Kemm se tirċievi pensjoni?
- Għandek biżżejjed kontribuzzjonijiet biex tirtira fl-età ta’ 61 minflok fl-età tal-pensjoni rispettiva?
- Intitolat/a għal xi krediti bħal krediti ta’ studju, krediti tat-trobbija tat-tfal li jżidu l-medja tal-kontribuzzjoni tiegħek?
- Kif se taffettwalek iż-żieda perċentwali meta tipposponi d-data tal-pensjoni tiegħek?
Itlob għall-valutazzjoni tiegħek
L-ewwel nett, itlob għal valutazzjoni tentattiva, servizz li jiġi offrut mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Valutazzjoni tentattiva, li tista’ tiġi lloggjata f’wieħed mill-uffiċċji distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, tippreżenta lill-applikant:
- stampa ċara ta’ x’se tkun il-pensjoni tas-sigurtà soċjali;
- l-opportunità li tħallas il-kontribuzzjonijiet nieqsa f’każ ta’ nuqqasijiet fil-kontribuzzjonijiet tal-NI matul is-snin;
- rati ta’ pensjoni differenti f’etajiet ta’ pensjoni;
- jekk wieħed ikunx eliġibbli għall-pensjoni tar-romol, pensjoni tal-invalidità u aktar.
153 freephone [email protected]
Il-biċċa l-kbira tan-nies, meta jkunu jafu l-istima tar-rata tal-pensjoni tagħhom, ikunu jridu jagħmlu pass ieħor ’il quddiem biex b’hekk jirċievu dħul fl-irtirar li huwa ħafna ogħla minn dak li se jirċievu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, biex jiżguraw li jinżamm l-istandard tal-għajxien attwali tagħhom.
Huwa għalhekk li huwa importanti li TKUN TAF, li TIPPJANA u TAĠIXXI.
Għalhekk, biex tpatti għal dan id-distakk, trid timmira fil-għoli u biex tirċievi dħul ogħla fl-irtirar għandek bżonn iġġemma’. Trid tibda tfaddal mid-dħul illum waqt li inti tista’ għaliex tkun f’impjieg u dan ifisser li tkun qed tieħu azzjoni proattiva biex tippjana għall-irtirar tiegħek.
Aktar ma tibda tfaddal kmieni għall-irtirar tiegħek, aktar se jippermettilek minn kmieni li tibbenefika minn dak li jirrendi dak li għandek miġmugħ li maż-żmien jiżdied.
Oqgħod attent għall-posts tagħna ta’ kull ġimgħa li se jispirawk biex issir aktar kapaċi finanzjarjament! https://Gemma.gov.mt/LIFE-Events/
Jekk ikollok xi mistoqsijiet, staqsi! Uża l-kuntatti tagħna biex tingħaqad fid-diskursata!