Jekk tieqaf taħdem għal perjodu ta’ żmien, u terġa’ tibda fi stadju aktar tard, il-pensjoni tiegħek tal-istat tista’ tiġi affettwata.
Jekk ma tħallasx l-istorja kontributorja kollha tiegħek kif ġej:
- Imwieled/a bejn l-1952 u l-1961 Medja annwali ta’ 50 kontribuzzjoni mħallsa fuq perjodu ta’ 35 sena li għandhom ikunu 10 snin qabel l-irtirar u kwalunkwe 25 sena oħra
- Imwieled/a fl-1962 jew wara Medja annwali ta’ 50 kontribuzzjoni mħallsa fuq perjodu ta’ 40 sena
- Imwieled/a fl-1969 jew wara Medja annwali ta’ 50 kontribuzzjoni mħallsa fuq perjodu ta’ 41 sena
m’intix se tikkwalifika għal pensjoni sħiħa ta’ żewġ terzi – li jfisser li se jkollok dħul tal-pensjoni aktar baxx.
Jekk tkun f’impjieg, tista’ titħajjar tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex timla dawn in-nuqqasijiet, u b’hekk, iżżid ir-rekord tal-kontribuzzjonijiet tiegħek li eventwalment se jtejjeb ir-rata tal-pensjoni tiegħek.
Kundizzjonijiet:
Matul is-sena kurrenti 2020, l-iskema hija applikabbli għal dawk il-persuni li huma:
- bħalissa f’impjieg jew f’xogħol awtonomu;
- għandhom minn 59 sena sa 65 sena (inkluża);
- tapplika biex tħallas aktar kontribuzzjonijiet tas-SS sa massimu ta’ 260 kontribuzzjoni (5 snin) li jistgħu ma jkunux neċessarjament l-aħħar ħames snin qabel it-talba, iżda kwalunkwe kontribuzzjoni sa massimu ta’ 260.
- tapplika biex tħallas il-kontribuzzjonijiet għall-perjodu nieqes li inti fih kont residenti f’Malta.
Ir-rata applikabbli dovuta hija r-rata attwali tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tal-klassi 2 SA, li fl-2020 hija ta’ €30.77 għal kull kontribuzzjoni.
L-applikazzjoni mehmuża, tapplika għar-residenti Maltin jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq, biex ikopru dawn il-perjodi mhux assigurati meta kienu residenti f’Malta, biex iħallsu b’lura l-kontribuzzjonijiet tas-SS.
Meta tapplika inti se tingħata indikazzjoni tad-differenza fir-rata tal-pensjoni sabiex tiddeċiedi jekk hijiex se tkun utli li tħallas kontribuzzjonijiet addizzjonali jew le. Talba tentattiva tipprovdilek tweġiba personalizzata kemm jista’ jkun malajr, madankollu f’xi kwistjonijiet tista’ ddum aktar biex titwieġeb peress li jistgħu jeħtieġu aktar investigazzjoni.
L-aħħar 5 snin
Jekk inti persuna self-occupied u nqast milli tħallas il-kontribuzzjoni tas-SS tiegħek, tista’ tħallashom direttament lid-Dipartiment tad-Dħul Intern. Tista’ tħallas għal ħames snin preċedenti tal-istorja kontributorja tas-sigurtà soċjali tiegħek fil-ħin li tiddeċiedi li tirregolarizza l-pożizzjoni tiegħek skont id-dħul annwali tiegħek ta’ kull sena preċedenti. Dan ma japplikax għal persuni qiegħda jew għal persuni li kienu impjegati (ma’ min iħaddem) matul l-aħħar 5 snin.