Imwieled fl-1951 jew Qabel u Ħadem bħala Impjegat (Mhux Pensjoni tas-Servizz)
Jekk inti twelidt fl-1951 jew qabel, diġà rtirat u qed tirċievi Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali. Id-Dħul mill-Pensjoni li tirċievi jiġi kkalkulat kif ġej:
(a) Il-medja annwali tal-aħjar tliet snin kalendarji konsekuttivi fuq l-aħħar għaxar snin kalendarji konsekuttivi.
(b) Inti ħallast il-kontrubuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ 10% tal-paga bażika tiegħek sa Dħul Massimu Pensjonabbli ta’ €18,024.50 u żieda annwali taż-Żieda tal-Għoli tal-Ħajja (COLA) li tingħata fis-sena.
(c) Irtirajt fl-età ta’ 61 sena (jekk inti mara jista’ jkun li rtirajt fl-età ta’ 60).
(d) Biex tikkwalifika għal pensjoni sħiħa skont il-kontribuzzjonijiet imħallsa, kellek tħallas massimu ta’ 50 kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali fis-sena għal massimu ta’ 30 sena.
(e) Hemm Livell Minimu Nazzjonali Garantit (LMNG) ta’ pensjoni stabbilit li jiżgura li inti tkun protett kontra l-faqar f’każ li inti ma tkunx ħallast il-kontribuzzjonijiet kollha li kont intitolat tħallas.
Jekk qiegħed f’din il-kategorija ta’ pensjonanti, inti tista’ tibqa’ taħdem bħala impjegat jew persuna self-employed u xorta tirċievi l-pensjoni sħiħa li inti intitolat għaliha.
Jekk inti taħdem b’dan il-mod, ser tkompli tħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali sakemm tilħaq il-65. Huwa importanti li tosserva li tali kontribuzzjoni ma tiġix assenjata mal-istorja kontributorja tiegħek iżda ser titqiegħed bħala kontribuzzjoni interġenerazzjonali min-naħa tiegħek.
Imwieled bejn l-1952 u l-1961 u Ħadem bħala Impjegat (Mhux Pensjoni tas-Servizz)
Jekk inti qiegħed f’dan il-grupp ta’ età, il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali ser titmexxa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt.