Il-Fehim tal-kwistjonijiet diversi dwar l-irtirar huwa l-bażi tas-suċċess tal-ippjanar għall-irtirar. Meta żżomm f’moħħok ir-realtajiet tal-irtirar futuri u kurrenti, inti ser tiddefinixxi b’mod ċar in-neċessitajiet tiegħek stess fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja li tixtieq li jkollok fl-irtirar.
Fl-ippjanar għall-irtirar tiegħek, inti trid iżżomm f’moħħok ħames riskji importanti:
Kemm ser tgħix fit-tul
L-istennija tal-ħajja tal-Maltin qed tibqa’ titwal aktar ma jgħaddi ż-żmien. B’riżultat ta’ dan, l-irtirar tiegħek ser idum ferm aktar minn dak tal-ġenituri tiegħek stess. Ir-riskju inerenti huwa li inti tista’ tasal li tissottovaluta l-istennija ta’ ħajtek meta tkun qed tippjana l-irtirar u għaldaqstant inti tgħix aktar fit-tul milli jippermettulek il-mezzi li tkun ħsibt għalihom.
Bl-avvanzi notevoli fil-mediċina moderna flimkien mal-fatt li aktar u aktar Maltin qed jagħtu aktar kas ta’ saħħithom (jieklu aħjar, u l-abitudnijiet tal-irqad u l-eżerċizzju), il-medja tal-istennija tal-ħajja ser tkompli tilħaq aspettattivi ġodda. Fi kliem ieħor, l-irtirar mhux ser jibqa’ 14-il sena (kif inhu l-każ għall-irġiel illum, jekk jirtiraw ta’ 65 sena) – iżda wieħed li jiżboq l-20 sena.
Dan ifisser li hemm riskju li jekk tibbaża l-istrateġija tal-ħruġ tat-tfaddil meta tkun irtirajt fuq l-assunzjoni li ser tgħix għal ammont ta’ żmien preċiż fir-rigward tal-istennija tal-ħajja. Dan għaliex filwaqt li l-istennija tal-ħajja hija magħrufa, jew jaħsbu li hija magħrufa, il-lonġevità attwali mhijiex. Għaldaqstant jekk inti ser tgħix aktar milli mistenni ser tirriskja li ttemm il-mezzi tas-sikurezza tal-irtirar bil-periklu li dan ikollu impatt negattiv fuq l-istandard ta’ ħajtek.
Zomm f’moħħok jekk int mara ser taffaċċja riskju akbar minn żewġek. Kif tista’ tara mill-graff preċedenti, mara tgħix aktar fit-tul minn raġel. Illum, filwaqt li raġel huwa mistenni jgħix sa 79 sena, mara hija mistennija tgħix sa 84 sena – u sal-2060 l-istennija tal-ħajja għan-nisa mistennija tiżdied b’sitt snin.
Sakemm ma tikkwalifikax għall-pensjoni tas-sigurtà soċjali bi dritt tiegħek stess, jekk żewġek jiġi nieqes qablek, inti mhux ser tirċievi d-dħul sħiħ mill-pensjoni li kont qed tgħix bih meta żewġek kien għadu ħaj, iżda 5/6 biss ta’ dak id-dħul.
U minħabba l-fatt li tgħixu flimkien, sakemm ma pjanajtux il-finanzi għall-irtirar sew, hemm ċans li inti ttemm il-mezzi tiegħek sakemm tkun għadek ħajja.
L-Inflazzjoni
L-inflazzjoni tirrappreżenta ż-żieda ġenerali fil-prezz tal-prodotti u tas-servizzi matul is-snin. Din taffettwa l-kapaċità tal-akkwist tan-nies. F’Malta, ir-rata tal-inflazzjoni medja bejn l-1990 u l-2014 kienet ta’ 2.51%.
Għaldaqstant, rata ta’ inflazzjoni modesta tista’ taffettwalek il-kapaċità tal-akkwist. Pereżempju, ħobża Maltija ta’ 500g fl-1992 kienet tiswa €0.16. F’Lulju tal-2015 ħobża simili kienet tiswa €0.92. Dan huwa 5.75 darbiet daqs kemm kienet tiswa l-ħobża 23 sena ilu.
Għaldaqstant l-inflazzjoni ġġib magħha riskju sinifikanti li tikkomprometti bis-serjetà l-lonġevità tal-kapital tiegħek. Dan għaliex mezzi ta’ sikurezza ta’ €100,000 illum il-ġurnata ser ikollhom kapaċità tal-akkwist anqas fi żmien għaxar snin hekk kif il-prezzijiet tal-prodotti u tas-servizzi ser ikunu żdiedu.
Ir-Rata tal-Ħruġ tal-Mezzi tas-Sikurezza tal-Irtirar
Li ma jkollokx dħul biżżejjed waqt l-irtirar mhux għażla! Ħafna fatturi bħar-rata tal-ħruġ ser ikollhom impatt sinifikanti fuq it-tfaddil tiegħek matul dan il-perjodu. Ħruġ żejjed jista’ jikkomprometti serjament il-lonġevità tal-kapital tiegħek. Pereżempju nuqqas ta’ 1% fil-ħruġ tiegħek jista’ jagħmel id-differenza kollha kif jidher fiċ-chart li ġejja.
Figura: L-Impatt ta’ Rata Għolja ta’ Ħruġ mill-Mezzi tas-Sikurezza tal-Irtirar Tiegħek
Example
The figure below shows the impact of different annual savings withdrawal scenarios – 15%, 10% and 5% – from your retirement nest egg.
Figure: Different Withdrawal Scenarios from Your Retirement Nest Egg
If you withdraw 15% annually your retirement nest egg will fall to below €1,000 by the time you are 86 years of age. On the other hand, if you withdraw 5% savings annually your retirement nest egg will be slightly below €10,000 at the same age.
F’dan il-kuntest partikolari, rata aktar baxxa ta’ ħruġ mhux biss tipprevjeni t-tbattil tal-kapital, iżda tippermetti wkoll li titħalla somma konsiderevoli bħala wirt.
Minkejja dan, huwa importanti ferm li maż-żmien tibqa’ tirrevedi l-ammonti ta’ ħruġ meta tirtira. Huwa minnu li jista’ jkollok tirrevedi r-rata ta’ ħruġ biex tirrifletti ċ-ċirkustanzi li jinbidlu kontinwament.
It-Tħaddim tat-Tfaddil Tiegħek
Meta taħseb fuq l-interessi probabbilment inti taħseb fuq l-interessi fuq is-self li ħadt biex tixtri darek jew karozza ġdida. Madanakollu, l-interessi jaħdmu favur tiegħek meta inti qed tirċevihom fuq il-flus li faddalt u investejt.
L-interess kompost jista’ jkun definit bħala l-interess ikkalkulat fuq il-kapital inizjali (li huwa l-investiment inizjali tiegħek) u wkoll fuq l-interess akkumulat minn perjodi preċedenti. Aħseb fiha bħala ċiklu ta’ qligħ ta’ ‘interessi mill-interessi’ li jista’ jwassal għal tkabbir malajr tal-investiment inizjali tiegħek. Għalhekk, l-interess kompost iwassal li l-investiment, bħal depożitu f’kont bankarju, jikber b’rata aktar mgħaġġla minn interessi sempliċi, għax dan jiġi kkalkulat biss fuq l-ammont tal-kapital.
Bħala riżultat tal-interess kompost inti mhux biss qed taqla’ l-interessi fuq l-investiment inizjali tiegħek, iżda int tkun qed taqla’ l-interessi minn fuq l-interessi stess! Huwa minħabba f’hekk li l-investiment inizjali tiegħek jista’ jikber b’mod esponenzjali permezz tal-interess kompost, u għaliex l-idea ta’ redditi komposti hija daqslikieku flusek ikunu qed jaħdmu għalik.
Il-kunċetti diskussi s’issa jistgħu jiġu kkombinati biex jiddeterminaw liema deċiżjonijiet għandna bżonn nagħmlu biex ninvestu. It-tabelli hawn taħt juru interess kompost u interess sempliċi f’termini ta ‘flus, billi jiddepożitaw investiment inizjali ta’ € 1,000.
Tabella: Compound Interest versus Simple Interest
It-tabella tal-imgħax kompost turi l-imgħax li jinkiseb wara perjodu ta ’10 snin b’investiment inizjali ta’ € 1000, b’rata ta ‘imgħax kompost ta’ 5%. Barra mill-investiment inizjali, l-iffrankar jista ‘jakkumula b’depożiti ta’ kull xahar jew kull sena, b’depożitu inizjali u jista ‘jibda fi kwalunkwe età. Immaġina, għalhekk, kif tista ‘żżid l-investiment tiegħek saż-żmien li tirtira jekk tibda tfaddal minn età żgħira u jekk ikun hemm investiment sod.
Din il-kalkulatur on-line juri kif tagħmel din l-istrateġija ta ‘tfaddil ta’ imgħax kompost biex taħdem għalik biex takkumula l-ġid.
https://www.moneysmart.gov.au/tools-and-resources/calculators-and-apps/compound-interest-calculator.
http://www.thecalculatorsite.com/finance/calculators/compoundinterestcalculator.php
Jekk tixtieq li takkumula l-ġid b’mod faċli biex ikollok mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar u tieħu vantaġġ mill-‘maġija’ tal-interess kompost, huwa importanti li tibda minn kmieni u tibqa’ konsistenti.
Agħti titwila madwarek, iċċekkja x’rati ta’ interessi differenti joffru l-banek stabbiliti u sib dak li ser itik l-ogħla rata ta’ interess. B’mod alternattiv tista’ tħares ukoll lejn skemi ta’ Pensjoni personalizzati mill-fornituri tas-servizzi finanzjarji. Dawn l-iskemi għandhom il-vantaġġ li jipprovduk b’inċentiv fiskali li jipprovdilek il-gvern għaliex inti trid tiddeċiedi biex tfaddal għall-irtirar tiegħek.
Ħu deċiżjoni flimkien mal-konjuġi tiegħek, dwar l-ammont li tixtieq twarrab – flus li tista’ twarrab fuq bażi fit-tul u li ma jkollokx għalfejn tirrikorri għalihom.
Ladarba tiddeċiedi liema bank qed jagħti l-ogħla rati ta’ interessi u l-ammont ta’ flus li tista’ twarrab b’mod komdu għalik, fassal standing order li permezz tiegħu il-flus jiġu awtomatikament depożitati fil-kont bankarju tat-tfaddil fit-tul tiegħek l-għada li tirċievi l-paga.
Standing order marbut mal-għada li tirċievi l-paga ser jgħinek tagħmel żewġ affarijiet. L-ewwel nett l-istanding order jiżgura li inti tkun qed tpoġġi l-flus b’mod konsistenti fil-kont tat-tfaddil tiegħek u permezz ta’ hekk inti tkun qed tibni l-mezzi għas-sikrezza tal-irtirar tiegħek. It-tieni nett, il-fatt li l-flus jitwarrbu immedjatament wara li tidħol il-paga, ifornik b’dixxiplina biex tqis l-infiq fix-xahar fil-parametri tal-baġit allokat għalik u għall-familja tiegħek.
Jekk tixtieq issir taf aktar dwar l-impatt tal-interessi komposti ara dawn il-filmati fuq You Tube: https://www.youtube.com/watch?v=immQX0RKFY0