Dawn li ġejjin huma aspetti ewlenin li għandhom x’jaqsmu mal-pensjoni tiegħek u li inti għandek tkun taf:
Biex tkun tista’ tibda tirċievi l-Pensjoni Kontributorja tal-irtirar trid tkun għalaqt il-65 sena.
Trid tkun impjegat jew taħdem għal rasek u tħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.
Trid tħallas 52 ġimgħa ta’ kontribuzzjoni f’sena u 53 jekk f’sena jkun hemm 53 ġimgħa, jiddependi mill-ammont ta’ nhar ta’ Tnejn f’dik is-sena.
Il-kontribuzzjonijiet li ħallast qabel ilħaqt l-eta’ ta’ 18-il sena ma jgħoddux fil-kalkolazzjoni tal-pensjoni tiegħek, madanakollu dawn il-kontribuzzjonijiet jistgħu jgħoddu sabiex takkumula l-minimu neċessarju biex tikkwalifika u tieħu pensjoni imnaqqs.
Iva. In-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li trid tħallas biex tikkwalifika għall-pensjoni jiddependi mill-età tiegħek. Dan jidher hawn taħt – skont meta tkun twelidt:
- Bejn l-1962 u l-1968 – Trid tkun ħallast 12-il sena ta’ kontribuzzjonijiet soċjali – li 10 snin minnhom iridu jkunu mħallsa u sentejn (2) jistgħu jkunu kontribuzzjonijiet ikkreditati.
- Fl-1969 jew wara: Trid tkun ħallast 12-il sena u 16-il ġimgħa ta’ kontribuzzjonijiet soċjali – li minimu ta’ 10 snin minnhom iridu jkunu mħallsa u sentejn (2) u 16-il ġimgħa jistgħu jkunu kontribuzzjonijiet ikkreditati.
Iva. In-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li trid takkumula biex tkun tista’ tieħu l-pensjoni sħiħa jiddependi mill-età tiegħek. Dan jidher hawn taħt – skont meta tkun twelidt:
- Bejn l-1962 u l-1968 – Irid ikollok 40 sena ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
- Fl-1969 jew wara: Irid ikollok 41 sena ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
Le m’hemmx bżonn. Il-kontribuzzjonijiet tiegħek jistgħu jkunu taħlita ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa u kontribuzzjonijiet li jkun ikkreditak il-gvern skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali. M’hemmx limitu għan-numru ta’ krediti li jistgħu jiġu kkunsidrati biex ikun determinat in-numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
Il-Gvern jippermettilek li tagħmel tajjeb għal massimu ta’ 5 snin ta’ nuqqas ta’ ħlas fl-istorja tal-kontribuzzjoni soċjali tiegħek. Biex tikkwalifika biex tħallas dawn in-nuqqasijiet trid:
- Ikollok bejn 59 u 65 sena għad ser tagħlaqhom.
- Tkun impjegat jew taħdem għal rasek.
- Tkun residenti Malta meta jkunu seħħew dawn in-nuqqasijiet ta’ ħlas.
Għandek tkun taf, madankollu, li l-ħlas ta ‘arretrati ta’ kontribuzzjonijiet għal perjodi fejn kont impjegat barra minn Malta mhux possibbli.
Iva tista’. Għandek tkellem lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Tista’ tħallas sa massimu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ ħlas mis-sena li tiddeċiedi li tirregolarizza l-pożizzjoni tiegħek. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li tħallas huma bbażati fuq id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħek għal dawk is-snin ta’ nuqqas li tixtieq tħallas tagħhom.
Inti tieħu pensjoni parzjali. Per eżempju, jekk twelidt fl-1962 u meta tasal biex tirtira tkun ħallast 25 sena ta’ kontribuzzjonijiet, il-pensjoni li tkun intitolat/a għaliha tinħadem pro-rata bħala razzjon ta’ 25/40. Għaldaqstant, jekk int intitolat/a għal 2/3 mid-dħul ta’ €19,000, id-dħul mill-pensjoni tiegħek ikun kif ġej:
Li kieku kellek tikkwalifika għal pensjoni sħiħa, il-pensjoni tiegħek tkun:
2/3 x €19,000 = €12,666.67 fis-sena
Ladarba inti ħallast biss 25 kontribuzzjoni sħiħa tas-sigurtà soċjali minn 40, il-pensjoni tiegħek tkun:
25/40 x €12,667 = €8,233,55 fis-sena.
Is-sistema tas-sigurtà soċjali tirrikonoxxi l-fatt li jista’ jkun hemm ċirkostanzi speċjali fil-ħajja ta’ dak li jkun fejn wieħed ma jkunx jista’ jaħdem, u għaldaqstant, ma jkunx jista’ jħallas il-kontribuzzjoni. Ladarba l-Gvern iqis li t-tali ċirkostanzi għandhom implikazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u familjari importanti, il-Gvern filfatt jikkredita jew ‘iħallas’ il-kontribuzzjonijiet f’ismek. Dan jassigura li int ma jkollokx nuqqasijiet ta’ ħlas fl-akkumulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tiegħek, għax inkella dan iwassal biex ikollok pensjoni aktar baxxa. Jista’ jagħti l-każ li fl-istess sena jkollok taħlita ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa u kkreditati.
Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ ċirkostanzi speċjali li jikkwalifikaw għat-tali krediti:
- Xogħol volontarju fuq proġetti soċjali u ta’ żvilupp uman, u ta’ protezzjoni ambjentali barra minn Malta
- Trobbija tat-tfal.
- Benefiċċji tal-qgħad.
- Pensjoni tal-Invalidità.
- Perjodu ta’ studju.
- Benefiċċji għal Mard.
Ħafna drabi wieħed jirċievi l-krediti b’mod awtomatiku iżda f’xi każijiet ikun hemm bżonn li wieħed jieħu azzjoni biex jirċevihom. Per eżempju f’każ ta’ studju, wieħed għandu jippreżenta –
- Kopja tad-diploma jew lawrja.
- Traskrizzjoni tad-diploma jew lawrja li tindika l-perjodu/is-snin ta’ studju.
- Jekk il-lawrja ma tkunx mill-Università ta’ Malta, jkun hem bżonn ċertifikat tal-livelli tal-MQF (maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Istudji u Edukazzjoni Ogħla).
Il-Gvern jirrikonoxxi l-importanza li wieħed ikollu l-ulied u li l-ġenitur iqatta’ l-ħin biex irabbi lill-ulied. F’każ li inti ttemm l-impjieg tiegħek biex trabbi lil uliedek, sakemm it-tfal ikollhom 6 snin, il-Gvern jikkredita l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek għal dak iż-żmien li inti tagħmel barra mix-xogħol biex trabbi lil uliedek, kif ġej:
L-Ewwel Wild | It-Tieni Wild | It-Tielet Wild | Ir-Raba’ Wild jew Aktar | |
Kreditu | 4 snin | 4 snin | 4 snin | Sentejn ta’ kreditu jew anqas skont in-numru ta’ kontribuzzjonijiet li tkun ħallast, ladarba terġa’ lura għax-xogħol, jekk terġa’ lura. |
Fil-każ li jkollok wild b’diżabilità severa, l-età tal-wild hija ta’ għaxar snin u l-perjodu kopert mill-kreditu jiġi rdoppjat: miżjud minn 4 għal 8 snin.
Tikkwalifika biss għall-krediti tat-trobbija tal-ulied jekk tkun taħdem qabel ma twelled u tieqaf mix-xogħol jew titlob għal waqfa temporanja mix-xogħol biex trabbi lil uliedek.
Il-kreditu għat-trobbija tal-ulied ma jiddiskriminax skont il-ġeneru u, għaldaqstant il-parti l-oħra fiż-żwieġ jew is-sieħeb/sieħba jikkwalifikaw għalih.
Il-Gvern jirrikonoxxi l-fatt li Malta tiddependi fuq il-kompetenzi u l-ħiliet tal-poplu tagħha. Dan ifisser li student u ħaddiema huma mħeġġa biex ikomplu jistudjaw matul ħajjithom. Biex ikompli jinċentiva l-edukazzjoni filwaqt li jassigura ħaddiema ta’ talent il-Gvern introduċa krediti marbuta mal-istudju. Dawn huma preżentati hawn isfel.
Livell 4 – Diploma | 5 krediti għal kull sena ta’ studju |
Livell 5 – Diploma Ogħla | 9 krediti għal kull sena ta’ studju |
Livell 6 – Baċellerat | 26 kreditu għal kull sena ta’ studju |
Livell 7 – Masters | 26 kreditu għal kull sena ta’ studju |
Level 8 – Phd | 52 kreditu għal kull sena ta’ studju |
Jekk tispiċċa qiegħed u tirreġistra għax-xogħol fuq ir-reġistru tal-Part 1 ta’ Jobsplus, inti tkun eleġibbli għall-krediti ta’ kontribuzzjoni għal perjodu ta’ sitt xhur.
Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kollha li tħallsu minn meta kellek 18-il sena sa 65 sena jiġu kkunsidrati għall-istorja tal-kontribuzzjonijiet tiegħek. Jiġu kkunsidrati wkoll meta tinħadimlek il-pensjoni.
L-ammont tal-kontribuzzjoni li trid tħallas jiddependi mit-tip ta’ xogħol li tagħmel. Jekk inti:
- Impjegat (jew kif nafuha bħala Class I) inti tħallas kontribuzzjoni ta’ 10% tal-paga bażika,
- Taħdem għal rasek (jew kif nafuha bħala Class II) inti tħallas kontribuzzjoni ta’ 15% tal-qligħ annwali nett.
Jekk taħdem part-time u taqla inqas mill-Paga Minima Nazzjonali jaqbillek tħallas il-kontribuzzjoni minima li hi 10% tal-Paga Minima Nazzjonali. B’hekk tevita li jkollok benefiċċji pro-rata.
Jekk inti impjegat taqla’ l-paga (magħrufa wkoll bħala salarju) minn min iħaddem. Il-paga bażika huwa l-ħlas li tirċievi – eskluż l-overtime, kull forma oħra ta’ allowance, performance bonus, benefiċċji, eċċ.
Jekk Impjegat | Inti | Impjegat A |
Paga | €19,000 | €19,000 |
Allowances | €1,500 | €0 |
Paga Bażika | €17,500 | €19,000 |
Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa – 10% | €1,750 | €1,900 |
Jekk inti persuna taħdem għal rasek tirċievi d-dħul li huwa ġġenerat min-negozju tiegħek. Id-dħul annwali nett huwa d-differenza bejn id-dħul li ddaħħal u l-ispejjeż li tonfoq.
Jekk taħdem għal rasek | Jien | |
Dħul: mill-bejgħ, proġetti, servizzi, eċċ. | €60,000 | |
Spejjeż: kirja, mobile, petrol, internet, materjali biex taħdem bihom eċċ. | €41,000 | |
Dħul annwali nett | €19,000 | |
Kontribuzzjoni mħallsa – 15% | €2,850 |
Il-kontribuzzjoni hija llimitata skont ammonti speċifiċi. Dan huwa magħruf bħala d-Dħul Massimu Pensjonabbli jew l-MPI. Id-Dħul Massimu Pensjonabbli fl-2021 huwa ta’ €25,258. Dan ifisser li inti tħallas l-10% kontribuzzjoni tad-Dħul Massimu Pensjonabbli ta’ €25,258 – bil-kontribuzzjonijiet annwali tiegħek jammontaw għal €2,525 – u mhux fuq il-paga annwali tiegħek ta’ €30,000, għax inkella jkollok tħallas €3,000.
L-istess formula tapplika wkoll għal min jaħdem għal rasu.
Id-Dħul Massimu Pensjonabbli jissettja l-limitu tal-kontribuzzjoni soċjali massima li int mitlub tħallas. Fil-każ tiegħek, l-10% kontribuzzjoni tiġi kkalkulata fuq is-salarju ta’ €18,000 – dan ifisser li int ser tħallas kontribuzzjoni soċjali annwali ta’ €1,800.
Id-Dħul Massimu Pensjonabbli jiżdied kull sena abbażi tal-indiċjar li jikkunsidra dawn li ġejjin:
(a) Il-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi (magħrufa b’mod tekniku bħala l-‘Inflazzjoni tal-Bejgħ’).
(b) il-pagi (magħrufa b’mod tekniku bħala ‘l-Inflazzjoni tal-Pagi’).
Il-formula għall-indiċjar hija:
– [70% tal-Inflazzjoni tal-Paga + 30% tal-Inflazzjoni tal-Bejgħ].
Il-formula xxaqleb favur l-‘inflazzjoni tal-paga’ – li hija ż-żieda ġenerali fil-pagi medji. Dan huwa importanti biex jassigura li tinżamm relazzjoni tajba bejn id-dħul mill-pensjoni tiegħek u l-paga medja. Din il-formula ddeterminat iż-żieda tad-Dħul Massimu Pensjonabbli minn €20,964 fl-2013 għal €25,258 fl-2021.
Sena | Dħul Massium Pensjonabbli |
2014 | €21,431 |
2015 | €21,749 |
2016 | €22,137 |
2017 | €22,803 |
2018 | €23,701 |
2019 | €24,194 |
2020 | €24,986 |
2021 | €25,258 |
Sew jekk int impjegat/a jew taħdem għal rasek, il-kalkulazzjoni hija l-istess – jingħażlu l-aħjar 10 snin fl-aħħar 40 sena ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa tas-sigurtà soċjali.
Biex tingħata pensjoni kontributorja massima, matul l-40 sena ta’ perjodu ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet trid tkun ħallast il-livell massimu ta’ kontribuzzjonijiet għal 10 snin. L-10 snin mhux bilfors ikunu eżatt wara xulxin.
Le mhux din. Is-sistema tagħna tal-pensjoni hija bbażata fuq il-kunċett taż-żewġ terzi (2/3) – jiġifieri, il-Gvern jiggarantixxi li d-dħul matul ħajtek mill-pensjoni jkun dak sa żewġ terzi tas-salarju medju, suġġett għall-ikkappjar tad-Dħul Massimu mill-Pensjonijiet.
Għaldaqstant, fil-każ tiegħek, id-dħul mill-pensjoni tiegħek ser jiġi kkalkulat kif ġej:
2/3 x €25,258 = €16,838.67.
Id-dħul annwali mill-pensjoni ser ikun ta’ €16,838.67.
Le ma jibqax hekk. Id-dħul mill-pensjoni tiegħek, ta’ €16,838.67 jiżdied kull sena fuq il-bażi ta’ din il-formula ta’ indiċjar:
[70% Inflazzjoni tal-Paga + 30% Inflazzjoni tal-Bejgħ].
Dan jassigura li d-dħul mill-pensjoni jiżdied hekk kif jiżdiedu l-pagi u l-inflazzjoni.
Tul dawn l-aħħar 9 snin, l-applikazzjoni ta’ din il-formula kienet tfisser żieda medja ta’ €478 fis-sena.
Għandek dritt tkompli taħdem wara l-eta’ ta’ 65 izda min ikun qed iħaddmek mhux obbligat izzommok fl-impjieg miegħu. Għaldaqstant tista’ tkompli taħdem biss ma’ min lest iħaddmek jekk tiġi offrut/a l-opportunità li tkompli taħdem miegħu/magħha. Tista’ tfittex xogħol ieħor jew taħdem għal rasek. Jekk tkompli taħdem wara l-età ta’ 65 sena tirċievi l-pensjoni sħiħa. Barra minn hekk ma tħallasx aktar kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq il-paga jew id-dħul tiegħek, ladarba tagħlaq 65 sena. Madanakollu tkun trid tħallas it-taxxa fuq il-qligħ.
Tista’ tirtira saħansitra ta’ 61 sena, ladarba tkun ħallast 40 sena ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ttemm l-impjieg tiegħek jew ix-xogħol għal rasek. Tirċievi l-pensjoni li tkun intitolat/a għaliha ladarba tirtira.
Le. Jekk tirtira kmieni ma tistax tkompli taħdem – sew jekk persuna impjegata jew taħdem għal rasha – sakemm tasal għall-età tal-irtirar. Din il-kndizzjoni ġiet introdotta bil-għan li ma tirtirax kmieni.
Iva – tista’ tbiddel l-idea tiegħek u tiddeċiedi li tmur lura lejn id-dinja tax-xogħol, madanakollu jekk tkun għadek m’għalaqtx l-età tal-pensjoni, il-ħlasijiet tal-pensjoni tiegħek jitwaqqfu u jerġgħu jibdew ladarba tilħaq l-età tal-pensjoni. Madanakollu, m’hemm l-ebda obbligu li min kien iħaddmek qabel irid jerġa’ jimpjegak.
Ladarba ssib xogħol – kemm bħala impjegat/a jew għal rasek – huwa importanti li timla l-formola ta’ bidu tax-xogħol ta’Jobsplus, u tinforma bil-miktub lid-DSS sabiex titwaqqaf il-pensjoni.
Il-gvern jixtieqek tkompli taħdem. Dan huwa importanti biex ikollna Sistema tal-pensjoni sostenibbli. Studji juru li żieda ta’ sena (1) fl-età tal-irtirar għandha impatt pożittiv ta’ 1% fuq il-PDG.
Biex jattirak taħdem aktar mill-Età ta’ Rtirar Kmieni u tkompli taħdem sakemm tilħaq l-età tal-pensjoni ta’ 65 sena, il-gvern introduċa għadd ta’ benefiċċji:
- Jekk tkompli taħdem sakemm ikollok 62 sena u taqbeż l-età tal-pensjoni ta’ 61 sena, id-dħul tiegħek mill-pensjoni jiżdied b’ 5.0%.
- Jekk tkompli taħdem sakemm ikollok 63 sena u taqbeż l-età tal-pensjoni ta’ 61 sena, id-dħul tiegħek mill-pensjoni jiżdied b’ 5.5%.
- Jekk tkompli taħdem sakemm ikollok 64 sena u taqbeż l-età tal-pensjoni ta’ 61 sena, id-dħul tiegħek mill-pensjoni jiżdied b’ 6.0%.
- Jekk tkompli taħdem sakemm ikollok 65 sena u taqbeż l-età tal-pensjoni ta’ 61 sena, id-dħul tiegħek mill-pensjoni jiżdied b’ 6.5%.
Jekk taħdem għall-perjodu sħiħ ta’ bejn it-62 u l-65 sena, u taqbeż l-età tal-pensjoni matul dak il-perjodu, il-pensjoni tiegħek malli tirtira tiżdied bi 23%.
Ladarba r-raġel tiegħek qed jingħata pensjoni kontributorja, ladarba jmut inti tigħata l-pensjoni tas-Sopravissut.
Il-Pensjoni tas-Sopravissut tintitolak għal 5/6 mid-dħul tal-pensjoni tar-raġel tiegħek.
Il-fatt li int ħdimt u ħallast il-kontribuzzjonijiet għal 15-il sena, jfisser li int intitolata għall-pensjoni tiegħek u dan jippermettilek tirċievi wkoll il-pensjoni sħiħa li kien intitotlat għaliha r-raġel tiegħek u mhux 5/6 jew dik hekk magħrufa bħala l-Pensjoni tas-Sopravissut.
Għaldaqstant, int tista’ tagħżel il-pensjoni bl-ogħla dħul bejn dik tal-eks raġel tiegħek jew il-pensjoni tiegħek.
Iva. Is-sistema tas-sigurtà soċjali tipprovdilek protezzjoni. Inti intitolata għal Pensjoni tar-Romol. Meta tilħaq l-età tal-pensjoni inti tingħata:
- Pensjoni tar-Romol; jew
- Jekk tikkwalifika għal pensjoni waħdek, tirċievi il-pensjoni kollha (jiġifieri mhux 5/6 tad-dħul mill-pensjoni li r-raġel tiegħek kien jircievi) tas-Sopravissut jew il-pensjoni tiegħek waħdek, skont liema hi l-ogħla.
Iva. Tista’ taħdem u tirċievi kwalunkwe dħul, anke mix-xogħol, fl-istess ħin li tkun qed tirċievi l-Pensjoni tar-Romol. Ladarba tirtira skont l-età statutorja tal-irtirar tista’ tkompli taħdem mingħajr limitu fuq id-dħul, waqt li tibqa’ tirċievi:
- Il-pensjoni tas-Sopravissut; jew
- Jekk tikkwalifika għal pensjoni waħdek, tirċievi tirċievi il-pensjoni kollha (jiġifieri mhux 5/6 tad-dħul mill-pensjoni li r-raġel tiegħek kien jircievi) tas-Sopravissut jew il-pensjoni tiegħek waħdek, skont liema hi l-ogħla.