Bonus kontributorju ta’ defiċjenza, abbrevjata bl-Ingliż DCB, kien miżura tal-baġit tas-sena 2015 li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015. Sas-sena 2019, applikabbli għal dawk li kienu ta’ età bejn 62 u 74 u li ma kellhomx biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jikkwalifikaw għal pensjoni kontributorja.
Dawk li ħallsu bejn sena tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (50) u inqas minn 5 snin ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (inqas minn 260) irċevew il-bonus ta’ hawn taħt kull sena u,
Sena | Bonus |
2020 | 200 |
2019 | 200 |
2018 | 150 |
2017 | 150 |
2016 | 100 |
2015 | 100 |
Dawk li ħallsu aktar minn 5 snin ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (260) iżda ma kinux biżżejjed biex jikkwalifikaw għall-pensjoni kontributorja, irċevew il-bonus ta’ hawn taħt kull sena u, skont il-baġit tal-2020, se jkomplu jagħmlu dan. Minn 75 sena ’l quddiem, titħallas l-għotja taċ-ċittadin anzjan ukoll, jekk ikunu eliġibbli. Ikklikkja hawn biex taqra aktar dwar l-għotja taċ-ċittadin anzjan.
Sena | Bonus |
2020 | 300 |
2019 | 300 |
2018 | 250 |
2017 | 250 |
2016 | 200 |
2015 | 200 |
Kif tistgħu taraw, dawk li mhumiex pensjonanti huma maqsuma f’żewġ gruppi.
- Dawk li ħallsu bejn 50 u 259 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali u
- Dawk li ħallsu aktar minn 260 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali iżda li għadhom ineliġibbli għal pensjoni.
Il-ħlas tal-bonus kontributorju ta’ defiċjenza, isir awtomatikament.
Dawk li ma jirċevux dan il-bonus awtomatikament huma meħtieġa japplikaw billi jimlew applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu billi tikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt.
- Ikklikkja hawn biex tipprintja l-applikazzjoni bil-Malti.
- Ikklikkja hawn biex tipprintja l-applikazzjoni bl-Ingliż.
L-applikazzjonijiet, ladarba jimtlew, jistgħu jiġu skennjati u mibgħuta lis-sigurtà soċjali l-MFCS [email protected], mibgħuta bil-posta fl-indirizz ta’ hawn taħt jew tapplika minn kwalunkwe uffiċċju tas-sigurtà soċjali (ara l-lista hawn)
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Is-sezzjoni tal-pensjonijiet
38, Triq l-Ordinanza
Valletta VLT 2000