Meta tkun qed tikkunsidra prodotti li tixtieq tinvesti fihom biex tibni l-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar, int tista’ tistaqsi lill-espert finanzjarju tiegħek jekk tali prodotti għandhomx l-hekk imsejjaħ ‘mekkaniżmu tal-fond inadempjenti’.
Il-Mekkaniżmi tal-Fond Inadempjenti’ huma mfasslin biex jipproteġulek l-investiment fuq perjodu twil (u tfaddil għall-pensjonijiet partikolarment jekk tibda t-tfaddil għall-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar minn 18-il sena huwa perjodu twil). Protezzjoni bħal din hija meħtieġa għaliex jista’ jkun li inti ma tkunx finanzjarjament litterat, ma jkollokx il-ħin biex tissorvelja kontinwament kif sejrin l-investimenti tiegħek, inti avventuruż u suxxettibbli biex tieħu riskji meta għandek tkun aktar kawt.
Jekk inti investejt it-tfaddil għall-irtirar tiegħek f’ekwità (ishma), meta tibdieha u tħalli l-profil tal-mezzi tas-sikurezza tal-irtirar mingħajr ebda tibdil sad-data tal-irtirar tiegħek, hemm aktar ċans li l-valur tal-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar jiġi espost għal riskju qawwi f’każ li tirtira fi żmien ta’ kriżi finanzjarja.
Inti għandek tkun konxju li l-persuni li ntlaqtilhom it-tfaddil tal-irtirar tagħhom b’riżultat tal-kriżi finanzjarja tal-2009-2010 kienu dawk il-persuni li meta ġew biex jirtiraw kellhom il-parti l-kbira tal-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar investiti fl-ekwitajiet (ishma).
Min-naħa l-oħra, jekk tinvesti l-mezzi tal-irtirar fi prodotti konservattivi bħall-bonds, pereżempju, int ser ikollok profil ferm aktar konservattiv sakemm tiġi biex tirtira u għaldaqstant it-tfaddil tiegħek għandu inqas ċans li jkun espost għal riskji jekk inti tirtira fi żmien ta’ kriżi finanzjarja.
Madanakollu, il-problema hija li inti tinvesti l-mezzi tal-irtirar tiegħek fi profil konservattiv minn meta tibda tibni l-mezzi ta’ sikurezza għall-irtirar u għaldaqstant id-dħul li ser tirċievi minnu meta tirtira ser ikun ferm inqas milli kieku investejt f’ekwità.
Mekkaniżmu tal-Fond Inadempjenti jara li jkun hemm bilanċ bejn l-importanza tat-tkabbir u l-importanza tal-iżgurar li l-mezzi tiegħek ma jiġux esposti għal riskji meta inti tirtira. Hemm tipi differenti ta’ Mekkaniżmi tal-Fond Inadempjenti. Wieħed jissejjaħ Fond Inadempjenti tal-Istil ta’ Ħajja.
Il-Fond Inadempjenti tal-Istil ta’ Ħajja jamministra t-tkabbir u r-riskju tal-mezzi ta’ sikrezza tal-irtirar tiegħek permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tibdil ta’ prodotti f’inti u tikber jew tersaq lejn l-irtirar. Meta tkun għadek iżgħar, fażi magħrufa bħala tat-tkabbir tal-mezzi tas-sikurezza tal-irtirar, ser ikun hemm it-tendenza li t-tfaddil tiegħek ikun investit b’mod predominanti fl-ekwità (ishma).
Meta toqrob lejn l-irtirar, ħafna drabi 5-6 snin qabel l-irtirar, il-fond awtomatikament ‘inaqqas ir-riskji’ tal-investimenti tal-mezzi tas-sikurezza tal-irtirar tiegħek biex jiżgura li inti tevita t-telf billi jittrasferixxi t-tfaddil tiegħek f’fondi inqas riskjużi bħall-bonds u flus kontanti.
Minkejja li t-terminu ‘fond inadempjenti’ ħafna drabi huwa użat (kif użajnieh hawn) fil-fatt it-tfaddil għall-mezzi ta’ sikurezza tal-irtirar tiegħek ikun investit f’diversi fondi aktar milli wieħed biss.
Ir-riċerka f’pajjiżi oħrajn turi li kważi 3/4 tan-nies li jinvestu għall-irtirar tagħhom ħafna drabi jagħżlu li jinvestu t-tfaddil tal-mezzi ta’ sikrezza tal-irtirar f’fond inadempjenti. Riċerka riċenti tissuġġerixxi li minn dawk kollha li jiddeċiedu li jinvestu f’fond inadempjenti, madwar nofshom jagħżlu dan il-fond għaliex meta jikkunsidraw għażliet alternattivi jaslu għall-konklużjoni li dik hija l-aħjar għażla għalihom.
It Tabella hawn taħt tagħti eżempju ta’-Fond Inadempjenti tal-Istil ta’ Ħajja.