Preżentazzjoni tal-premjijiet għat-tliet rebbieħa tal-ĠEMMA Money Monsters Challenge
Il-ĠEMMA Money Monsters Challenge irnexxielha toħroġ il-kreattivita’ ta’ numru kbir ta’ parteċipanti, tal-eta’ ta’ bejn is-6 u l-11-il sena, minn fost diversi skejjel tal-istat, tal-Knisja jew minnhom infushom ta’ natura privata.
Money Monsters hija logħba edukattiva ta’ natura onlajn, li tgħallem lit-tfal kif jieħdu deċizjonijiet għaqlin fejn jidħlu l-flus. Il-logħba tiddistingwixxi r-rabta diretta bejn l-immaniġġjar tal-flus u l-benesseri tal-persuna, u kif dak/dik li jkun/tkun, permezz tad-deċiżjonijiet finanzjarji korretti, ikun/tkun jista’/tista’ jibbilianċja/tibbilanċja t-tnejn l’huma għall-futur aħjar tiegħu/tagħha. Minnha nnifisha, l-logħba hija ċċentrata madwar il-mostru msejjaħ Nugget, fejn dan jista’ jaqla’ l-flus billi jmur għax-xogħol, kif ukoll jista’ jagħżel kif jonfoq il-flus li jkun ggwadanja. Skond id-deċiżjonijiet finanzjarji li jkun ħa Nugget matul il-logħba stess, Nugget ikun jista’ jew jirbaħ u jirtira b’manjiera finanzjarjament soda, jew jitlef dak kollu li jkun iggwadanja, filwaqt li jispiċċa jidħol f’ħafna dejn, bil-possibbilta’ li jispiċċa l-ħabs. Money Monsters tgħin lit-tfal jifhmu kif deċiżjoni jkollha konsegwenza fuq is-saħħa u l-kuntentizza tagħhom.
L-għan ta’ din il-kompetizzjoni organizzata minn ĠEMMA, flimkien mal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, il-Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, u d-Dipartiment tal-Kontabbilta’ u l-iStudji Kummerċjali fi ħdan id-Direttorat għal Programmi ta’ Tagħlim u Valutazzjoni (DLAP), kien li tingħata l-opportunita’ lit-tfal li jagħmlu użu mill-mostru msejjaħ Nugget b’mod kreattiv, fejn permezz t’hekk dan ikun jista’ jgħin u jgħallem lil oħrajn kif jieħdu ħsieb tal-flus u tal-benesseri tagħhom, billi jwettqu deċiżjonijiet finanzjarji korretti u jaħsbu dwar il-futur tagħhom stess. It-tfal kienu mħeġġa li jesprimu l-ideat tagħhom bi kwalunkwe manjiera li xtaqu, bħal fil-forma ta’ kartelluni, strixxi tal-komiks, logħob tal-bord, stejjer, artikli, jew saħansitra kanzunetti, sakemm it-tema minnha nnifisha tkun iddur madwar Nugget u l-mostri l-oħrajn, ilkoll kemm huma ta’ natura amikevoli.
Wara proċess diffiċli t’aġġudikazzjoni, ġie deċiż li t-tliet rebbieħa finali, li l-kreattivita’ tagħhom kienet tissodisfa ir-rekwiżiti kollha tal-kompetizzjoni nnifisha, kienu :
Is-Sur Neil Vella mill-iSkola Sekondarja Għolja ta’ Santa Katerina, fil-livell primarju, li ħoloq logħba tal-bord ta’ natura divertenti u li fl-istess waqt tipprovdi ċertu sfida lil dak/dik li jkun/tkun, minnha nnifisha ffokata fuq it-titjib tal-immaniġġjar tal-flus tiegħek.
Is-Sinjorina Ena Eboh mill-SMC Senglea, fil-livell primarju, li ddisinjat kartellun sabiħ li juri l-importanza li nonfqu flusna b’mod għaqli, u li nagħżlu alternattivi t’ikel bnin sabiex inkunu nistgħu intejbu l’hena u s-saħħa tagħna lkoll, u s-Sur Jake Said mill-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, fil-livell primarju, li ħareġ bil-kitba oriġinali ta’ konverżazzjoni bejn nanna u n-neputi tagħha, bl-għan li tgħallmu l-valur tal-flus flimkien mad-differenza li teżisti bejn ħtiġijiet u xewqat.
Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Marzu, huma lkoll irċevew ċertifikat u vawċer tar-rigali ta’ €50 u €30 rispettivament. Dawn il-vawċers kienu ppreżentati f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni ta’ HSBC Malta, waħda mis-sħab ta’ ĠEMMA, li minnha innifisha kontinwament tappoġġja lil ĠEMMA f’dawn l-attivitajiet edukattivi.
Mix-xellug għal-lemin : Petra Ellul-Mercer (ĠEMMA), Joanne Zammit (DLAP), Glenn Bugeja (Fondazzjoni ta’ HSBC Malta), Helena Holland (Kap ta’ ĠEMMA) flimkien mat-tliet rebbieħa tal-Money Monsters Challenge
Neil Vella – Skola Sekondarja Għolja ta’ Santa Katerina, fil-livell primarju – li ġie kklassifikat bħala r-Rebbieħ Ewlieni tal-Money Monsters Challenge innifisha
Jake Said – Kulleġġ ta’ San Alwiġi, fil-livell primarju – li ġie kklassifikat bħala Runner-Up fil-Money Monsters Challenge innifisha
Ena Eboh – SMC Senglea, fil-livell primarju – li ġie kklassifikat bħala Runner-Up fil-Money Monsters Challenge innifisha