L-FS3 hija maħruġa mid-Dipartiment, normalment madwar April, u hi dokument li turi l-ammont totali ta’ benefiċċji riċevuti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għas-sena ta’ qabel is-sena kurrenti, pereżempju minn 01/01/2018 sa 31/12/2018, skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. L-FS3 hija ppreżentata fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għal kwalunkwe taxxa dovuta.
Il-kalkoli ma jiġux maħduma billi sempliċiment jingħaddu r-rati tal-benefiċċji ta’ kull ġimgħa u ssir multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi b’52 ġimgħa.
Il-kalkoli jsiru kif ġej:
Bonus ta’ kull sitt xhur:
€135.10 kull sitt xhur * 2 pagamenti (Ġunju/Novembru)
Bonus speċjali ta’ kull ġimgħa – bonus addizzjonali
€3.12 kull ġimgħa / 7 ijiem = €0.445714 kuljum * 365 jum /366 jum (f’sena biżestili) = €162.69/163.13
Bonus għall-għoli tal-ħajja:
Pensjoni taż-żewġ terzi – Pensjoni Kontributorja
Il-perjodu xorta jkopri sena kalendarja sħiħa – mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, iżda l-kalkoli huma maqsuma fi tnejn:
Pass 1: l-ewwel ftit jiem qabel l-ewwel Sibt tas-sena * (rata tal-pensjoni ta’ kull ġimgħa għas-sena ta’ qabel / 7 ijiem) (pereżempju: rata ta’ pensjoni ta’ kull ġimgħa għall-2017 għall-FS3 tas-sena 2018)
pass 2: (366 (sena biżestili) / 365 jum – (minus) l-ewwel ftit jiem imsemmija fil-pass 1) * (rata tal-pensjoni ta’ kull ġimgħa / 7 ijiem) (pereżempju: rata ta’ pensjoni ta’ kull ġimgħa għall-2018 għall-FS3 tas-sena 2018)
Pereżempju
Rata €210.83 kull ġimgħa għall-2018 €207.66 fil-ġimgħa għall-2017
Bonus ta’ kull sitt xhur: €135.10
Bonus speċjali ta’ kull ġimgħa: €3.12
Bonus għall-għoli tal-ħajja: €8.33 fil-ġimgħa għall-2018 €7.75 fil-ġimgħa għall-2017
Bonus ta’ kull sitt xhur: €135.10 kull sitt xhur * 2 pagamenti (Ġunju/Novembru) = €270.20
Bonus speċjali ta’ kull ġimgħa: €3.12 kull ġimgħa / 7 ijiem = €0.445714 kuljum * 365 jum = €162.69
Bonus għall-għoli tal-ħajja: €8.33 kull ġimgħa għall-2018 €7.75 fil-ġimgħa għall-2017 (7.75 / 7 * 5 ijiem (01/01/2018 sal-ewwel ġimgħa 05/01/2018) = €5.54
(8.33 / 7 * (365 jum f’sena b’5 ijiem preċedenti mnaqqsin) = €428.40
Total €5.54 + €428.40 = €433.94
Rata €210.83 fil-ġimgħa għall-2018 €207.66 fil-ġimgħa għall-2017
(207.66 / 7 * 5 ijiem (01/01/2018 sal-ewwel ġimgħa 05/01/2018) = €148.33
(210.83 / 7 * (365 jum fis-sena b’5 ijiem preċedenti mnaqqsin) = €10, 842.69
Total €148.33 + €10,842.69 = €10,991.02
F’dan il-każ, l-ammont totali ta’ benefiċċji dovuti lill-pensjonant/a, u rċevut minn DSS għall-perjodu minn 01/01/2018 sa 31/12/2018, skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, kien kif ġej:
Rata €10, 991.02
Bonus ta’ kull sitt xhur: €270.20
Bonus speċjali ta’ kull ġimgħa: €162.69
Bonus għall-għoli tal-ħajja: €433.94
Total €11,857.85