Ir-risposta hija iva:
Skont ir-regolamenti dwar il-pensjonijiet tal-MFSA, fornitur ta’ prodott tal-Pensjoni tal-Irtirar Privata għandu fost l-oħrajn jilħaq dawn l-obbligazzjonijiet:
- Għandu jinvesti t-tfaddil tiegħek fil-prodott b’mod prudenti u fl-aħjar interess tiegħek u ta’ membri oħrajn.
- Jinformak b’mod espliċitu dwar il-polza ta’ investiment li tkun adottata u r-riskji tal-investiment li jkunu applikabbli għalik.
Il-fornitur għandu jipprovdik ukoll b’dawn li ġejjin:
- Il-livell immirat tal-benefiċċji li ser takkumula jekk inti tinvesti fil-prodott.
- Kopja tar-rapport annwali tal-prodott mingħajr ħlas.
- Annwalment jekk inti investejt fi prodott ta’ Kontribuzzjoni Definita mal-livell tal-intitolament individwali tiegħek, u jekk investejt fi prodott ta’ Benefiċċju Definit mal-livell kurrenti ta’ finanzjament ta’ intitolamenti individwali akkumulati.