Inti tkun intitolat/a għal pensjoni tas-sigurtà soċjali jekk tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek.
Imma
Il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jintitolakx għal pensjoni tas-sigurtà soċjali.
Biex tkun intitolat għal pensjoni tas-sigurtà soċjali trid tħallas numru minimu ta’ kontribuzzjonijiet annwali tas-sigurtà soċjali. Dan jissejjaħ bħala l-“perjodu ta’ kwalifikazzjoni”.
Il-perjodu ta’ kwalifikazzjoni tal-2018:
Tabella: Il-perjodu ta’ kwalifikazzjoni biex tkun intitolat/a għall-pensjoni tas-sigurtà soċjali
Il-perjodu minimu meħtieġ biex persuna tikkwalifika għal pensjoni, trid tkun f’okkupazzjoni bi qliegħ bħala impjegata, self-occupied jew persuna li taħdem għal rasha | Mhux inqas minn għaxar (10) snin |
Li tissodisfa l-perjodu ta’ kwalifikazzjoni ma jfissirx li inti se tirċievi pensjoni sħiħa. Il-fatt li inti lħaqt il-perjodu ta’ kwalifikazzjoni jfisser li int se tkun intitolat/a għal pensjoni tas-sigurtà soċjali prorata ta’ dik li tkun intitolat/a għaliha li kieku ħdimt il-perjodu kontributorju sħiħ biex tikkwalifika għall-pensjoni sħiħa.
Pereżempju
Inti twelidt fl-1962. Fl-1980 dħalt fis-suq tax-xogħol bħala receptionist ma’ lukanda. Fl-1992 inti tlaqt għax iżżewġit u rriżenjajt mill-impjieg tiegħek. Int qatt ma rritornajt lura f’impjieg attiv.
Dan ifisser li inti ħallast il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal 13-il sena. Dan ifisser li inti tikkwalifika għall-pensjoni tas-sigurtà soċjali bi dritt.
Dan l-eżempju se jassumi li s-salarju tiegħek kien ta’ €14,000. Dan l-eżempju se jassumi wkoll li int mhux intitolat/a għal krediti. Jekk ħallast l-istorja kontributorja sħiħa ta’ 40 sena id-dħul tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek se jiġi kkalkulat kif ġej:
- 2080 (40 sena) kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa = dħul tal-pensjoni = 2/3 x €14,000
Fil-każ ta’ dan l-eżempju, il-pensjoni tiegħek tiġi stmata kif ġej:
- Intitolament annwali sħiħ ta’ dħul tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali
(2/3 x €14,000) = €9,333.33
- Intitolament annwali prorata ta’ dħul tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali
((13×52) / 40) x (2/100) x €14,000) = €3,154.67