Fil-każ ta’ koppja legalment separata jew koppja divorzjata, ir-rata tal-pensjoni tar-romol hija allokata kif ġej. Fejn iż-żewġ konjuġi:
(a) ikunu tilfu d-dritt tagħhom għall-manteniment, il-pensjoni tingħata proporzjonalment: mid-data taż-żwieġ sad-data tas-separazzjoni jew id-data tad-divorzju.
(b) ikunu rrinunzjaw għad-dritt tagħhom għall-manteniment jew qed jirċievu manteniment, mingħajr ma jkun hemm żwieġ ieħor involut mal-persuna mejta, il-pensjoni tingħata lill-eks mara.
(ċ) ikunu rrinunzjaw għad-dritt tagħhom għall-manteniment jew qed jirċievu manteniment, iżda l-persuna mejta tkun reġgħet iżżewġet (b’hekk, f’każi ta’ żewġ konjuġi jew aktar superstiti) il-pensjoni tingħata lill-eks mara u lill-mara l-ġdida b’ dan il-mod: mid-data taż-żwieġ sad-data tas-separazzjoni lill-eks mara; il-mara l-ġdida tirċievi l-bilanċ li jifdal.