It-termini ‘persuna self-employed’ jew ‘persuna li tħaddem lilha nnifisha’ joħolqu ftit konfużjoni kif użati fl-Att. It-terminu self-employed fl-Att ma jfissirx b’dak li jinftiehem waqt taħdit normali – persuna li taħdem għal rasha.
L-Att jiddefinixxi persuna self-employed kif tinftiehem waqt taħdit normali bħala ‘persuna li taħdem għaliha nnifisha’. B’mod aktar speċifiku, l-Att jiddefinixxi ‘persuna li taħdem għaliha nnifisha’ bħala ‘persuna li timpjega lilha nnifisha li tinsab okkupata f’xi attività li permezz tagħha jinqala’ qligħ li jkun iżjed minn €910 fis-sena’.
It-terminu ‘persuna li timpjega lilha nnifisha’ (self-employed) tfisser ‘persuna li ma tkunx għalqet l-età ta’ ħamsa u sittin sena, li tkun ordinarjament tirrisjedi f’Malta, u li ma tkunx persuna impjegata u li ma tkunx persuna li taħdem għaliha nnifisha’.
Għall-għan ta’ dan il-bażi ta’ għarfien, it-terminu ‘self-employed’ ser japplika biex jiddeskrivi persuna li tmexxi n-negozju tagħha.